Fi tmiem ta' kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, diversi unuri jiġu mogħtija lil plejers u timijiet li jkunu ddistingwixxew ruħhom f'dan it-turnew, ibbażat fuq diversi aspetti tal-logħba.
Attwalment hemm sitt unuri:
Barra minn hekk, mill-1990 beda jiġi formulat it-tim ideali fi tmiem kull edizzjoni. Din il-lista hi magħrufha bħala l-All-Star Team.
L-unur tal-Ballun tad-Deheb huwa ppreżentat lill-aqwa plejer f'kull fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, b'lista ta' nominati tkun formulata mill-kumitat tekniku tal-FIFA qabel ma r-rebbieħ jiġi deċiż minn votazzjoni mir-rappreżentanti tal-istampa. Dawk li jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post jirċievu l-Ballun tal-Fidda u l-Ballun tal-Bronż rispettivament.
Dan l-unur ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-1982.[1]
Iż-Żarbuna tad-Deheb tingħata lill-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja.
Dan l-unur ġie introdott fit-Tazza tad-Dinja 1930. Fl-edizzjoni tal-1994 li saret ġewwa l-Istati Uniti rat iż-żieda taż-żewġ unuri oħra: iż-Żarbuna tal-Fidda u ż-Żarbuna tal-Bronż li bdew jingħataw lit-tieni u t-tielet l-aqwa skorers fit-turnew, rispettivament. Mill-1994, jekk ikun hemm iktar minn plejer wieħed bl-istess numru ta' gowls, l-ispareġġ jiġi deċiż billi jingħadd in-numru ta' assists li saru (bil-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jiddeċiedi jekk inhux assist jew le). Jekk xorta waħda jkun hemm aktar minn tim wieħed, ikun l-iktar plejer li lagħab l-inqas numru ta' minuti li jieħu l-vantaġġ fuq il-plejer jew plejers l-oħra fil-kwistjoni.
Il-Premju Yashin hu għall-aqwa gowlkiper li ġie msemmi ad unur il-gowlkiper leġġendarju Lev Yashin tal-Unjoni Sovjetika. Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jirrikonoxxi l-aqwa gowlkiper tat-turnew ibbażat skont il-prestazzjoni tal-plejer matul il-kompetizzjoni. Minkejja li l-gowlkipers għandhom dan l-unur speċifiku, huma huma xorta waħda eleġibbli għall-Ballun tad-Deheb, kif irnexxielu jagħmel Oliver Kahn fl-2002. Minkejja li l-Premju Yashin beda jingħata għall-ewwel darba mill-1994, kull Tim All-Star tat-Tazza tad-Dinja qabel l-1998 kien jinkludi gowlkiper wieħed.
L-ewwel unur għal Premju tal-Ingwanta tad-Deheb ingħata fl-2010.
L-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ (magħruf aħjar bħala L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Gillette għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2006 tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Ġermanja u ngħata lill-Ġermaniż Lukas Podolski.[4] Dan l-unur jingħata lill-aqwa plejer matul it-turnew li ma jaqbiżx il-21 sena. L-elezzjoni ssir fuq is-sit uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA bl-għajnuna tal-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA.
Barra minn hekk il-FIFA, fl-okkażjoni tal-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur, organizzat sondaġġ permezz tal-internet biex tagħżel l-aqwa plejer żagħżugħ ta' bejn l-edizzjonijiet tal-1958 u l-2002, li ġie mirbuħ minn Pelé.[5]
L-ewwel unur għal L-Aqwa Plejer Żagħżugħ ingħata fl-2006.
It-Trofew tal-FIFA Fair Play jingħata lit-tim bl-aqwa rekord ta' logħob rett matul it-Tazza tad-Dinja. Huma biss dawk it-timijiet li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd li huma eleġibbli għal dan il-premju. Ir-rebbieħa ta' dan l-unur jiksbu t-Trofew FIFA Fair Play, diploma, midalja għal kull plejer u diriġent, u $50,000 biex bihom jiġu akkwistati tagħmir sportiv għall-iżvilupp tas-settur ġovanili.[6]
L-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur saret fl-edizzjoni tal-1978.[7]
L-unur tal-FIFA għal L-Aqwa Tim Divertenti hu premju suġġettiv li jiġi attribwit lill-iskwadra li turi l-approċċ l-aktar attiv u pożittiv għall-partita u li jirnexxielha tiddeverti lill-pubbliku. Dan l-unur jiġi organizzat permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'sondaġġ.
It-Tim All-Star (magħruf aħjar bħala MasterCard All-Star Team) huwa tim tal-aqwa 23 plejer, magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA, matul il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. In-numru ta' plejers ġie miżjud minn 11 għal 16 fl-edizzjoni tal-1998,[8] u aktar tard għal 23 (il-verżjoni attwali). Qabel l-1998, il-ġurnalisti u l-esperti (prinċiparjament Ewropej u Sud-Amerikani) kienu jagħżlu "It-Tim tal-Ħolm" tagħhom bi plejers minn kull pożizzjoni.
Enrique Ballesteros
José Nasazzi Milutin Ivković
Luis Monti Alvaro Gestido José Andrade
Pedro Cea Héctor Castro Héctor Scarone Guillermo Stabile Bert Patenaude
Ricardo Zamora
Jacinto Quincoces Eraldo Monzeglio
Luis Monti Attilio Ferraris Leonardo Cilaurren
Giuseppe Meazza Raimundo Orsi Enrique Guaita Matthias Sindelar Oldřich Nejedlý
František Plánička
Pietro Rava Alfredo Foni Domingos da Guia
Michele Andreolo Ugo Locatelli
Silvio Piola Gino Colaussi György Sárosi Gyula Zsengellér Leônidas
Roque Máspoli
Erik Nilsson José Parra Víctor Rodríguez Andrade
Obdulio Varela Bauer
Alcides Ghiggia Zizinho Ademir Jair Juan Alberto Schiaffino
Gyula Grosics
Ernst Ocwirk Djalma Santos José Santamaría
Fritz Walter József Bozsik
Helmut Rahn Nándor Hidegkuti Ferenc Puskás Sándor Kocsis Zoltan Czibor
Harry Gregg
Djalma Santos Bellini Nílton Santos
Danny Blanchflower Didi
Pelé Garrincha Just Fontaine Raymond Kopa Gunnar Gren
Viliam Schrojf
Djalma Santos Cesare Maldini Valeriy Voronin Karl-Heinz Schnellinger
Zagallo Zito Josef Masopust
Vavá Garrincha Leonel Sánchez
Gordon Banks
George Cohen Bobby Moore Vicente Silvio Marzolini
Franz Beckenbauer Mário Coluna Bobby Charlton
Florian Albert Uwe Seeler Eusébio
Ladislao Mazurkiewicz
Carlos Alberto Atilio Ancheta Franz Beckenbauer Giacinto Facchetti
Gérson Roberto Rivellino Bobby Charlton
Pelé Gerd Müller Jairzinho
Sepp Maier
Berti Vogts Ruud Krol Franz Beckenbauer Paul Breitner
Wolfgang Overath Kazimierz Deyna Johan Neeskens
Rob Rensenbrink Johan Cruyff Grzegorz Lato
Ubaldo Fillol
Berti Vogts Ruud Krol Daniel Passarella Alberto Tarantini
Dirceu Teofilo Cubillas Rob Rensenbrink
Roberto Bettega Paolo Rossi Mario Kempes
Dino Zoff
Luizinho Júnior Claudio Gentile Fulvio Collovati
Zbigniew Boniek Falcão Michel Platini Zico
Paolo Rossi Karl-Heinz Rummenigge
Harald Schumacher
Josimar Manuel Amoros Júlio César
Jan Ceulemans Jean Tigana Michel Platini Diego Maradona
Preben Elkjær Larsen Emilio Butragueño Gary Lineker
Sergio Goycoechea Luis Gabelo Conejo
Andreas Brehme Paolo Maldini Franco Baresi
Diego Maradona Lothar Matthäus Dragan Stojkovic Paul Gascoigne
Salvatore Schillaci Roger Milla Jürgen Klinsmann
Michel Preud'homme
Jorginho Márcio Santos Paolo Maldini
Dunga Krasimir Balakov Gheorghe Hagi Tomas Brolin
Romário Hristo Stoichkov Roberto Baggio
Fabien Barthez José Luis Chilavert
Roberto Carlos Marcel Desailly Lilian Thuram Frank de Boer Carlos Gamarra
Dunga Rivaldo Michael Laudrup Zinedine Zidane Edgar Davids
Ronaldo Davor Šuker Brian Laudrup Dennis Bergkamp
Oliver Kahn Rüştü Reçber
Roberto Carlos Sol Campbell Fernando Hierro Hong Myung-Bo Alpay Özalan
Rivaldo Ronaldinho Michael Ballack Claudio Reyna Yoo Sang-Chul
Ronaldo Miroslav Klose El Hadji Diouf Hasan Şaş
Gianluigi Buffon Jens Lehmann Ricardo
Roberto Ayala John Terry Lilian Thuram Philipp Lahm Fabio Cannavaro Gianluca Zambrotta Ricardo Carvalho
Zé Roberto Patrick Vieira Zinedine Zidane Michael Ballack Andrea Pirlo Gennaro Gattuso Luís Figo Maniche
Hernán Crespo Thierry Henry Miroslav Klose Francesco Totti
Iker Casillas
Philipp Lahm Sergio Ramos Carles Puyol Maicon
Andrés Iniesta Bastian Schweinsteiger Wesley Sneijder Xavi
David Villa Diego Forlán
Vicente del Bosque