It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja (bit-Taljan: Nazionale di calcio dell'Italia) jirrappreżenta lill-Italja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio.
L-Italja hija fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fl-istorja tal-futbol u tat-Tazza tad-Dinja fejn rebħet erba' titli u dehret f'żewġ finali oħra. L-Italja rebħet ukoll żewġ Kampjonati Ewropej u dehret f'żewġ finali oħra ta' dan it-turnew kontinentali.
It-tim huwa magħruf bħala gli Azzurri (il-Koħol) minħabba li l-ikħal huwa l-kulur komuni wżat għat-timijiet nazzjonali tal-Italja u tradizzjonalment huwa l-kulur tad-Dar ta' Savojja li kienet tirrenja fuq ir-Renju tal-Italja. Fl-1938, l-Italja saret l-ewwel tim nazzjonali li żammet it-titlu mirbuħ f'edizzjoni preċedenti u żammitu għal tnax-il sena minħabba l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Minbarra l-prestazzjoni fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja rebħet ukoll midalja tad-deheb fl-Olimpjadi.