Il-UEFA Champions League 2011–12 hija s-57 staġun tal-UEFA Champions League, l-ogħla kompetizzjoni tal-futbol għall-klabbs fl-Ewropa. Il-finali saret ġewwa Allianz Arena fi Munich, il-Ġermanja.[1] Chelsea rebħu dan it-titolu għall-ewwel darba wara li għelbu lil Bayern Munich 4–3 bil-penalties fil-finali. Huma qalgħu rmiġġ fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2012 u l-UEFA Super Cup 2012. Barcelona kienu l-pussessuri tat-titlu, imma ġew eliminati mir-rebbieħa eventwali Chelsea fis-semifinali.
Total ta' 76 tim (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) ħadu sehem fiċ-Champions League 2011–12. Il-pajjiżi huma allokati skont il-postijiet fil-koefiċċjenti tal-UEFA 2010, li jieħu l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2005–06 u 2009–10.[2]
Peress li d-detenturi tat-titlu (Barcelona) kwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League permezz tal-kampjonat domestiku tagħhom, il-post tal-fażi tal-gruppi li huwa riżervat għad-detenturi tat-titlu tbattal. Biex jikkumpensaw:[3]
Il-pożizzjonijiet tal-kampjonat tal-istaġun ta' qabel murija fil-parentesi.[4]
It-tlugħ tal-poloz kollha saru fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera, sakemm mhumiex indikati mod ieħor.[9]
Fir-rawnds kwalifikanti u tal-play-off, it-timijiet kienu maqsuma miżruha u timijiet mhux miżruha kienu bbażati fil-koeffiċjenti tal-klabb tal-UEFA 2011,[10][11] u mbagħad jitfasslu fil-leg home u away. Timijiet mill-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jiġu kontra xulxin.
Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnds ta' kwalifikazzjoni saru fl-20 ta' Ġunju 2011.[12] L-ewwel legs saru fit-28 ta' Ġunju, u t-tieni legs intlagħbu fil-5 u s-6 ta' Lulju 2011.
L-ewwel legs saru fit-12 u t-13 ta' Lulju, u t-tieni legs saru fid-19 u l-20 ta' Lulju 2011.
Il-poloz għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni saru fil-15 ta' Lulju 2011.[13] L-ewwel legs intlagħbu fis-26 u s-27 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-2 u t-3 ta' Awwissu 2011.
It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fir-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2011–12.
Il-poloz għar-rawnd tal-play-off saru fil-5 ta' Awwissu 2011.[14] L-ewwel legs intlagħbu fis-16 u s-17 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fit-23 u l-24 ta' Awwissu 2011.
Ir-rawnd tal-play-off kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2011–12.
Fil-fażi eliminatorja, it-timijiet se jilagħbu kontra xulxin f2 legs f'bażi home-u-away, ħlief għall-finali. Fil-poloz għall-aħħar sittax, ir-rebbieħa ta' 8 gruppi se jkunu miżruha, u r-runners-up ta' 8 gruppi se jkunu mhux miżruha. It-timijiet miżruha se jilgħabu kontra t-timijiet mhux miżruha, it-timijiet miżruha jospitaw it-tieni leg. Timijiet mill-istess grupp jew l-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jiġu kontra xulxin. Mill-kwarti tal-finali l-quddiem, ma jkun hemmx statiska bħal tal-gruppi, u timijiet mill-istess grupp jew l-istess assoċjazzjoni jistgħu jilgħabu kontra xulxin.
L-ewwel legs intlagħbu fl-14, 15, 21 u t-22 ta' Frar, u t-tieni legs intlagħbu fis-6, 7, 13 u l-14 ta' Marzu 2012.
L-ewwel legs intlagħbu fis-27 u t-28 ta' Marzu, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' April 2012.
L-ewwel legs intlagħbu fis-17 u t-18 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fl-24 u l-25 ta' April 2012.
Il-finali ntlagħab fid-19 ta' Mejju 2012 ġewwa Allianz Arena, fil-Ġermanja.
Sors: [15]
|aċċessdata=
|data=
|edjtur=