Share to: share facebook share twitter share wa share telegram print page

Malta

Repubblika ta' Malta
Republic of Malta
Repubblika ta' Malta Republic of Malta – Bandiera Repubblika ta' Malta Republic of Malta – Emblema
Bandiera Emblema
Innu nazzjonali: L-Innu Malti

Lokazzjoni ta' Malta (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitaliValletta
35°53′N 14°30′E / 35.883°N 14.5°E / 35.883; 14.5

L-ikbar belt San Pawl il-Baħar
Lingwi uffiċjali Malti u ingliż
Gruppi etniċi  Maltin
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Myriam Spiteri Debono
 -  Prim Ministru Robert Abela
Indipendenza
 -  mir-Renju Unit 21 ta' Settembru, 1964 
 -  Repubblika 13 ta' Diċembru, 1974 
 -  Ħelsien 31 ta' Marzu, 1979 
Sħubija fl-UE 1 ta' Mejju, 2004
Erja
 -  Total 316 km2 (200)
121 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.001
Popolazzjoni
 -  stima tal-2019 514,564 (173)
 -  ċensiment tal-2011 404,9621 
 -  Densità 1,633/km2 (4)
4,229.5/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2019
 -  Total $11.260 biljun[1] (125)
 -  Per capita $27,022[1] (32)
PGD (nominali) stima tal-2019
 -  Total $16,476 biljun[1] (125)
 -  Per capita $32,021[1] (32)
IŻU (2019) 0.895[2] (għoli ħafna) (28)
Valuta Ewro ()2Banek (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 356
TLD tal-internet .mt3
1 Il-popolazzjoni totali tinkludi wkoll lir-residenti barranin. Il-popolazzjoni ta' residenti Maltin fl-2004 kien ta' madwar 389,764. Kull data uffiċjali ta' popolazzjoni hi pprovduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).[3]
2Qabel l-2008: Lira Maltija
3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Malta, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta' Malta, hija repubblika indipendenti, kostituzzjonali, żviluppata fl-Unjoni Ewropea.[4][5][6] Il-pajjiż jikkonsisti minn arċipelagu ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, u meqjus pajjiż parti mill-Ewropa t'Isfel, 80 km mill-kosta ta' Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.[7][8]

Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran dejjem tqieset ta' importanza strateġika.[9] Minħabba f'hekk, bosta nazzjonijiet u qawwiet militari, fosthom il-Feniċi, il-Kartaġiniżi, ir-Rumani, l-Għarab, ir-rejiet u l-imperaturi ta' Spanja, il-Kavallieri ta' San Ġwann, il-Franċiżi u l-Brittaniċi, ilkoll ħakmu lil Malta. Fl-1964, Malta kisbet l-indipendenza tagħha mir-Renju Unit u mill-ewwel ġiet aċċettata bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti. Għaxar snin wara, fl-1974, Malta saret Repubblika. Malta żammet l-istatus tagħha bħala membru tal-Commonwealth. Fl-2004, Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-2008, Malta bdiet tagħmel parti miż-żona tal-ewro. L-ilsien mitkellem prinċipalment hu l-Malti, ilsien li ġej mis-Semitiku u r-Rumanz. Illum dan l-ilsien tħallat ħafna bi kliem li ġej mill-Ingliż.

L-istorja ta' Malta tmur lura daqs 7,000 sena. It-Tempji Megalitiċi li jmorru lura daqs 5,500 sena huma rikonoxxuti mill-UNESCO bħala Wirt Dinji.[10]. Ma' dawn, il-UNESCO tirrikonoxxi wkoll il-Belt Valletta u l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni bħala Siti ta' Wirt Dinji.[11][12][13] Skont l-Atti tal-Appostli, Kap. 28, fis-sena 60 W.K., wara li l-bastiment li kien qed jivvjaġġa fuqu nkalja fuq il-kosta ta' Malta, San Pawl qatta' tliet xhur jgħix fuq il-gżira. Il-kitba fit-Testment il-Ġdid ma ssemmi xejn li San Pawl ikkonverta lill-Maltin għall-Kristjaneżimu. Biss, dan seta' ġara minħabba l-fatt li l-Maltin raw il-qawwa ta' dan il-bniedem meta ħelisha mill-għarqa kif ukoll mill-gidma velenuża tal-lifgħa. Imbagħad San Pawl seta' ngħata widen mill-Maltin wara li kien ukoll fejjaq lill-Missier Pubbliju, il-Gvernatur Ruman ta' Malta. Fl-Atti tal-Appostli lanqas ma jissemma li San Pawl għamel lil Pubbliju bħala l-ewwel Isqof ta' Malta. L-eqdem provi tal-eqdem komunità Nisranija f'Malta ġejjin minn xi katakombi li tħaffru u ntużaw xi ftit mijiet ta' snin wara il-miġja ta' San Pawl.

Il-belt kapitali ta' Malta hi l-Belt Valletta. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-Malti u l-Ingiż, u dawn it-tnejn ħadu post it-Taljan fl-1935. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-Kattoliċiżmu Ruman, li għadu r-reliġjon uffiċjali u l-aktar wieħed ipprattikat f'Malta.

Etimoloġija

Id-definizzjoni tal-kelma 'etimoloġija' tista' tiġi deskritta bħala l-istudju tal-oriġini preċiża tal-kliem semantiku (tifsir) preżenti f'lingwa.

L-oriġini tat-terminu "Malta" hu inċert u l-varjazzjoni moderna hi derivata mil-lingwa Maltija. L-isem x'aktarx ġej mill-Grieg μέλι (meli) ('għasel'). Il-Griegi kienu jsejħu lill-gżira Μελίτη (Melite) li tfisser "għasel" jew "għasel ħelu" possibbilment minħabba l-produzzjoni ta' kwalità tal-għasel bnin Malti. Speċi endemika ta' naħal tgħix f'din il-gżira.[14]

Storja

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja ta' Malta.

Għall-ħabta tal-5200 Q.K., fuq il-gżira waslu l-ewwel abitanti f'Malta minn Sqallija. Għal mijiet ta' snin dawn kienu jgħixu fi kmamar żgħar, bħal giren, u fl-għerien. Wara, dawn ġew nies ta' kultura oħra dejjem minn Sqallija li bnew it-tempji megalitiċi (3800 - 2500 Q.K.). Fil-perjodu preistoriku mbagħad ġew nies oħra, magħrufa bħala nies ta' Żmien il-Bronż (2000 - 750 Q.K.). Warajhom ġew il-Feniċi li għamlu minn Malta kolonja qrib it-8 seklu Q.K.

Biż-żmien, Kartaġni li kienet kolonja Feniċja saret poter għaliha nfisha u Malta spiċċat taħt l-influwenza u t-tmexxija tal-Kartaġiniżi. Fil-bidu tat-Tieni Gwerra Punika (218 Q.K.), il-gżejjer Maltin waqgħu f'idejn ir-Rumani li għamlu lil Malta u lil Għawdex muniċipalitajiet.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta għaddiet f'idejn il-mexxejja militari Biżantini. Teżisti ftit xhieda ċara x'ġara verament f'dawn iż-żminijiet. Malta għaddiet f'idejn ħakkiema diversi li għadna ma nafux eżattament min kienu. Ċertament li l-istorja ta' Malta hi simili ħafna għal dik tal-istess żmien fi Sqallija. Malta ġiet maħkuma mill-Għarab li ġew Malta minn Sqallija fis-sena 870. Il-ġens Għarbi rnexxielu jinfluwenza l-lingwa tal-poplu Malti u għalhekk l-Għarbi jista' jitqies bħala l-pedament tal-Malti. L-Għarab xerrdu t-twemmin Iżlamiku fost il-Maltin u ta' dan hemm xhieda fl-oqbra Musulmani li nstabu qrib id-Domus Rumana fir-Rabat.

Fl-1091, il-Konti Ruġġieru żbarka Malta b'qawwa militari biex juri l-kobor u s-sovranità tiegħu bħala l-mexxej ta' Malta. Biss hu ma għamel xejn biex ibiddel l-amministrazzjoni Għarbija-Musulmana. Kien fi żmien ir-renju tat-tifel tiegħu, Ruġġieru II, li f'Malta beda jseħħ xi ċaqliq fl-amministrazzjoni influwenzata jew immexxija minn Sqallija. Bil-mod il-mod, l-influwenza tar-renju l-ġdid fi Sqallija u ta' dawk li ġew wara bdiet kulma jmur tinħass, u sal-aħħar tas-seklu ħdax bdiet dieħla sew f'Malta il-kultura Ewropea u t-twemmin Nisrani.

Fis-sekli ta' wara u sa ma ġie l-Ordni ta' San Ġwann, Malta ngħatat kemm-il darba mir-Re ta' Spanja lil diversi nies ta' poter li kienu jgħinuh jew finanzjarjament jew inkella militarment. Fl-1492 b'ordni tar-Re Ferdinandu u r-Reġina Isabella, tkeċċew minn Malta l-aħħar nies ta' twemmin Għarbi kif ukoll dawk ta' twemmin Lhudi.

Fl-1530, il-gżejjer Maltin ingħataw lill-Ordni ta' San Ġwann mill-Imperatur Karlu V. Dawn il-Kavallieri ta' demm nobbli kienu qed ifittxu art ġdida wara li kienu tkeċċew minn Rodi mis-Sultan Ottoman fl-1522.

Meta l-Ordni wasal Malta, il-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin kienet tlaħħaq madwar 20,000 ruħ. Bosta kienu jgħixu fl-Imdina, fir-Rabat u fl-irħula ż-żgħar mxerrda ma' Malta u Għawdex. L-Ordni ddeċida li juża l-Forti ta' Sant'Anġlu bħala l-kwartier il-ġdid tiegħu minn fejn imexxi, u r-raħal iż-żgħir tal-Birgu bħala l-post fejn bosta mill-Kavallieri setgħu jgħixu fi djar separati skont l-ilsien tagħhom. Din l-għażla saret minħabba li l-Ordni kellu x-xwieni tiegħu x'jieħu ħsieb għax dawn kienu importanti bħala servizz ta' komunikazzjoni u utli biex ikunu impurtati f'Malta oġġetti essenzjali. Wara xi ftit żmien, l-Ordni beda jsaħħaħ xi swar kemm ta' Sant'Anġlu kif ukoll madwar il-Birgu. Fuq l-Isla ttella' l-Forti San Mikiel.

Matul is-snin ta' wara, l-attakki tal-furbani Musulmani ma naqsu xejn, u fl-1551, Dragut attakka l-ewwel il-Birgu, imbagħad l-Imdina u wara salpa lejn Għawdex fejn minn hemm kaxkar il-popolazzjoni kollha għal fuq il-bastimenti bħala skjavi.

Fl-1565, seħħ l-Assedju l-Kbir hekk kif fit-18 ta' Mejju qawwiet militari Ottomani żbarkaw f'Marsaxlokk u ħadu posthom f'diversi lokalitajiet strateġiċi madwar il-Port il-Kbir. Dan l-Assedju dam sejjer sat-8 ta' Settembru, meta l-armata Ottomana ddeċidiet li ssalpa lura minn fejn ġiet. Il-ġurnata tar-rebħa tal-Ordni u l-Maltin fuq l-armata Ottomana għadha sal-lum titfakkar kull sena u hi meqjusa bħala festa nazzjonali. Dan il-jum fil-fatt hu magħruf bħala Jum il-Vitorja.

Din ir-rebħa ġiegħlet lil Gran Mastru La Valette u l-Kavallieri tal-Ordni jifhmu li issa li ddifendew lilhom infushom u lil Malta u li rebħu l-battalja għandhom iħarsu lejn il-gżejjer Maltin bħala r-residenza l-ġdida tagħhom b'mod permanenti. Dlonk La Valette ordna li tinbena belt ġdida ffortifikata fuq l-Għolja Xiberras. Din il-belt setgħet tiddefendi l-Port il-Kbir, dak ta' Marsamxett u l-ibliet tal-madwar. Din il-belt il-ġdida ngħatat l-isem tal-Gran Mastru fundatur tagħha u saret il-belt kapitali ta' Malta.

L-Ordni dam Malta sal-1798 meta mbagħad kellu jċedi għall-qawwa militari u r-rieda ta' Napuljun hekk kif dan wasal Malta fid-9 ta' Ġunju. Fit-2 ta' Settembru ta' wara, il-Maltin qamu kontra l-Franċiżi u bdew imblokk militari kontra t-truppi barranin li kellhom jissakkru wara s-swar tal-Belt u t-Tlett Ibliet tal-Kottonera. Bl-għajnuna tat-truppi Brittaniċi li Nelson stazzjona kemm fuq l-art kif ukoll bil-bastimenti Brittaniċi li żammew l-imblokk minn fuq il-baħar qrib il-kosta, wara sentejn il-Franċiżi kellhom iċedu l-armi u tkeċċew minn Malta. Il-Patt ta' Paċi li sar, kien iffirmat bejn il-Franċiżi u l-Brittaniċi, għax il-Maltin ma tħallewx jipparteċipaw f'dan il-ftehim. B'hekk Malta waqgħet taħt amministrazzjoni ta' 'protettorat' taħt il-Gran Brittanja. Sir Alexander John Ball sar l-ewwel Kummissarju Ċivili.

Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta uffiċjalment saret tagħmel parti mill-Imperu Brittanniku biex b'hekk saret bażi navali ta' importanza kbira għall-Gran Brittanja fil-Mediterran. Dan ir-rwol baqa' dejjem importanti kemm fis-seklu 19 kif ukoll fis-seklu 20.

Malta kellha rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet fuq ir-rotta strateġika u importanti tal-Forzi tal-Assi, bejn l-Italja u t-Tramuntana tal-Afrika, fejn Rommel kien qed jieħu l-artijiet minn taħt idejn l-għadu. Malta sofriet aktar minn 3,000 attakk mill-ajru, għall-ewwel mill-Qawwa Ajrunawtika Taljana u mbagħad mill-Fliegerkorps Ġermaniż li kien stazzjonat fi Sqallija.

Malta ngħatat l-indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru 1964, b'arranġament li kien iħalli l-flotta Brittanika tibqa' tuża lil Malta bħala bażi navali - dan biex jagħti n-nifs lill-Gvern Malti jibni l-ekonomija l-ġdida b'mod kummerċjali u liberu u mhux aktar ibbażata fuq il-preżenza militari tal-Brittaniċi. Dan il-ftehim iġġedded fl-1971 u l-Flotta Navali Rjali Brittanika baqgħet tuża lil Malta bħala bażi militari sal-31 ta' Marzu 1979. Malta baqgħet membru tal-Commonwealth u saret Repubblika fl-1974. F'referendum li sar f'April 2003, il-votanti wrew ir-rieda tagħhom li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 ta' Mejju 2004.

Lingwa

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lingwa Maltija.

Illum il-Malti stabbilit u meqjus bħala l-lingwa franka tal-poplu Malti waqt li l-Ingliż fl-istess ħin jaqsam mal-Malti l-istat ta' lingwa uffiċjali. Il-lingwa Maltija tmur lura lejn l-aħħar parti tad-disa' seklu għall-ħabta tat-870 W.K. meta l-Għarab invadew lil Malta. L-Għarbi baqa' jinfluwenza lill-Malti għal bosta sekli, kif naraw mill-Cantilena ta' Pietru Caxaro li nkitbet lejn l-aħħar kwart tas-seklu ħmistax. Il-kliem kollu ta' din il-poeżija, ħlief għal kelma waħda, huma kollha kliem li ġejjin mill-Għarbi. Aktar ma għadda ż-żmien, it-Taljan u l-Isqalli bdew jinfluwenzaw il-vokabularju li l-Maltin kienu jużaw. Mikiel Anton Vassalli (1764-1829) jgħid li l-Malti ta' madwar il-Port kien difettuż għax bosta minnu kien kliem li ġej mit-Taljan. Mas-seklu dsatax ħafna kliem Taljan kien stabbilixxa ruħu sew. Mal-ewwel deċennji tas-seklu għoxrin daħlu ħafna kliem fl-ilsien Malti tant li meta wieħed jifli r-riklami fil-kotba ta' dak iż-żmien, insibu li bosta termini bdew ikunu bl-Ingliż. Fl-1935, l-Ingliż u l-Malti ħadu post it-Taljan b'mod uffiċjali. Ironikament, kien fiż-żmien li l-Brittaniċi kienu bdew jitilfu, lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u tas-snin sittin, li l-interess f'Malta lejn l-Ingliż beda jikber b'pass aktar mgħaġġel u sar l-aktar ilsien barrani studjat fl-iskejjel. Dan anki minħabba l-ħtieġa ta' bosta eluf ta' Maltin li xtaqu jemigraw lejn pajjiżi u kontinenti fejn l-Ingliż kien mitkellem. Il-ħajra lejn l-ilsien Ingliż kompliet kibret aktar u aktar meta l-films u l-mużika kif ukoll il-qari tal-kotba u r-rivisti Ingliżi u Amerikani kienu saru aktar popolari fost il-Maltin.

Festi nazzjonali

Dawn huma l-ħames festi nazzjonali ċċelebrati f'Malta:

Uħud minn dawn il-festi huma marbuta ma' diversi tradizzjonijiet, fosthom ir-regatta fil-Port il-Kbir nhar Jum il-Ħelsien u Jum il-Vitorja. Minbarra dawn il-ħames festi, hemm ukoll għadd ta' festi pubbliċi marbuta mar-reliġjon u t-tradizzjonijiet li ssawru magħhom. Fosthom insibu l-Imnarja (29 ta' Ġunju), Santa Marija (15 ta' Awissu), il-miġja ta' San Pawl f'Malta (10 ta' Frar) u l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Diċembru).

Politika

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Politika ta' Malta.
Il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta

Malta hija repubblika demokratika b'parlament elett kull ħames snin jew kif ikun hemm il-ħtieġa skont is-sitwazzjoni politika. Il-poteri eżekuttivi tal-Gvern huma f'idejn il-Prim Ministru, magħżul mill-partit rebbieħ fl-elezzjoni. Il-President għandu r-rwol li jirrappreżenta lil Malta barra l-pajjiż u li jaġixxi b'mod imparzjali f'affarijiet ta' importanza kostituzzjonali. Il-Gvern hu wkoll assistit fit-tmexxija tiegħu f'kull belt u raħal f'Malta u Għawdex minn kumitati amministrattivi, magħrufa bħala Kunsilli Lokali.

Malta hi repubblika[15] li għandha s-sistema parlamentari u l-amministrazzjoni pubblika mfassla fuq is-sistema ta' Westminster. Mill-1960 sal-1995, skont l-istatistika li nġabret fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata fid-dinja ta' nies li kienu eleġibbli li jivvutaw u li ħarġu jivvutaw (u l-ogħla waħda minn nazzjonijiet mingħajr votazzjoni obbligatorja).[16] Il-Kamra tad-Deputati tiġi eletta kull ħames snin u hi magħmula minn ħamsa u sittin membru parlamentari. Madanakollu, meta partit jikseb il-maġġoranza tal-voti imma mhux tas-siġġijiet, il-partit jingħata aktar siġġijiet biex jiġi assigurat maġġoranza parlamentari. Il-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li l-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru dak il-membru tal-Kamra li hu l-aktar kapaċi li jmexxi l-maġġoranza fil-Kabinett. L-istess President normalment jaħtar, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-ministri li għandhom imexxu kull ministeru.[17] Kandidati għal xi postijiet vakanti jiġu determinati bil-maġġoranza tal-voti li jkunu ġabu fl-elezzjoni preċedenti.

Il-President tar-Repubblika jiġi elett kull ħames snin mill-Kamra tad-Deputati. F'Malta hawn diversi partiti. Il-partiti politiċi l-kbar huma l-Partit Nazzjonalista, li hu partit Demokratiku Kristjan, u l-Partit Laburista, li hu partit Soċjal-Demokratiku. Il-Partit Laburista jinsab attwalment fil-Gvern u l-Prim Ministru huwa Robert Abela. Il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-oppożizzjoni. Il-Partit Demokratiku li tela' fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, għandu żewġ siġġijiet. Apparti dawn il-partiti, hemm ukoll partiti iżgħar li mhumiex eletti u rrappreżentati fil-Kamra tad-Deputati.

Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea fl-2004. Fl-2008, Malta bdiet tagħmel parti miż-żona tal-ewro. Fil-21 ta' Diċembru 2007, Malta implimentat it-Trattat ta' Schengen.[18] Il-kontrolli fil-fruntieri baqgħu jsiru fl-ajruporti sa Marzu 2008.

Diviżjonijiet amministrattivi

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kunsilli lokali ta' Malta.
Diviżjonijiet amministrattivi ta' Malta

L-Att tal-Kunsilli Lokali tal-1993 (Att XV tal-1993) ġie ppubblikat fit-30 ta' Ġunju 1993, fejn qasam lill-gżejjer Maltin f'54 kunsill lokali f'Malta u 14-il kunsill lokali f'Għawdex b'kull kunsill responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt jew tar-raħal tiegħu. Ir-responsabbiltà amministrattiva hi mqassma bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali. L-abitanti li huma eleġibbli għall-votazzjoni jeleġġu l-kunsill tagħhom kull tliet snin. Is-sindku hu l-kap tal-kunsill lokali u r-rappreżentant tal-kunsill b'kull effett taħt l-Att. Is-Segretarju Eżekuttiv, li jiġi appuntat mill-Kunsill, hu l-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill. Il-kunsilliera l-oħra eletti mill-elezzjoni tal-kunsilli jieħdu d-deċiżjonijiet flimkien mas-sindku. Il-kunsilli lokali huma responsabbli għall-ħarsien u tisbiħ tal-lokalità, l-allokazzjoni tal-gwardjani lokali u l-ġbir tal-iskart. Il-kunsilli lokali jieħdu ħsieb ċerti doveri amministrattivi għall-Gvern Ċentrali, bħal ġbir ta' fondi u kirjiet tal-gvern u jirrispondu għall-ilmenti li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent tal-lokalità u kif dan jaffettwa lir-residenti.

Ġeografija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ġeografija ta' Malta.
Ir-Riżerva Naturali tal-Għadira

Il-gżejjer Maltin huma arċipelagu li jinsabu f'nofs il-Baħar Mediterran madwar 93 km fin-Nofsinhar ta' Sqallija. Huma biss it-tliet gżejjer, Malta, Għawdex u Kemmuna li huma abitati. Il-gżejjer iż-żgħar, bħal Filfla, Kemmunett u l-Gżejjer ta' San Pawl huma diżabitati. Malta hi miżgħuda b'bajjiet u wħud minnhom jipprovdu wkoll portijiet tajbin. Il-gżejjer tal-arċipelagu ġew iffurmati mis-sediment ta' qiegħ il-baħar miljuni ta' snin ilu (fiż-Żmien Plioċen). Meta dan is-sediment issolidifika u bil-mod il-mod inkixef f'wiċċ l-ilma dawn biż-żmien, l-aktar dak Tas-Silġ, ingħaqdu ma' Sqallija. Dan il-pont ma kienx jibqa' sejjer lejn l-Afrika minħabba l-widien profondi immens ta' taħt il-baħar li jeżistu bejn Malta u l-Afrika.[19] L-arċipelagu jinsab f'tarf il-plakka tettonika Afrikana, bil-konfini tiegħu jmissu mal-plakka Ewroasjatika.[20] Għal mijiet ta' snin, Malta kienet meqjusa bħala gżira tal-Afrika ta' fuq.[21]

Il-pajsaġġ tal-gżejjer Maltin attwalment huwa kkaraterizzat minn għoljiet baxxi b'għelieqi mtarrġin. L-ogħla punt hu Ta' Dmejrek, 253 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, qrib Ħad-Dingli. Ċerti widien fil-gżejjer Maltin jimtlew bl-ilma ġieri tax-xita li jdum għaddej għal ċertu żmien biss, u li jinxef wara ċertu żmien, l-aktar fis-sajf. Ma jeżistux xmajjar jew għadajjar ta' ċertu kobor b'mod permanenti. Postijiet f'Malta fejn hemm xi għejun magħrufa huma, Wied Qlejgħa, il-Baħrija, l-Imtaħleb u San Martin, waqt li f'Għawdex hemm il-Wied tal-Lunzjata.

Gżejjer żgħar, blat fil-baħar u skolli

Gżejjer żgħar li jiffurmaw parti mill-arċipelagu jinkludu lil Kemmunett (diżabitata), Filfla (riżerva naturali diżabitata), il-Ġebla tal-Ġeneral (diżabitata), il-Gżira Manoel (li hi magħquda mal-lokalità tal-Gżira permezz ta' pont żgħir), u l-Gżejjer ta' San Pawl (diżabitati).

Il-gżejjer Maltin huma dawn is-segwenti:

  • Delmarva
  • Filfla
  • Ġebel Fessej
  • Ġebel ta' Bejn il-Kmiemen
  • Ġebla ta' Sala
  • Ġebla taċ-Ċawla
  • Ġebla tal-Ġeneral
  • Ġebla tal-Għallis
  • Ġebla tal-Ħalfa
  • Gżejjer ta' San Pawl/Selmunett
  • Gżira ta' Malta
  • Gżira Manoel
  • Għawdex
  • Kemmuna
  • Kemmunett
  • Mistra
  • Skoll tal-Barbaġanni
  • Ta' Fraben
  • Xrob l-Għaġin
Mappa satellitari ta' Malta

Klima

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Klima ta' Malta.
Malta ġeneralment tgawdi minn klima Mediterranja

Il-klima hi waħda Mediterranja, bi xtiewi moderati u umdużi, u bi sjuf sħan u xotti. M'hemm l-ebda staġun sħun fejn il-pjanti jorqdu, minkejja li l-iżvilupp tal-pjanti jista' jiġi osservat xi ftit f'xitwa b'kesħa li ma tkunx normali, u s-sħana u l-aridità tas-sajf jistgħu jwasslu biex il-veġetazzjoni tkun dgħajfa.

L-inqas temperatura qatt irreġistrata kienet fid-19 ta' Frar 1895, fil-Belt Valletta, meta t-temperatura niżlet għal 1.2°C, waqt li l-ogħla waħda laħqet it-43.8°C f'Awwissu tal-1999.[22]

Kienu ftit l-okkażjonijiet fejn ġiet irreġistrata xi preċipitazzjoni ta' borra, u dawn kienu fi Frar 1895, f'Jannar 1905 u fil-31 ta' Jannar 1962. Il-bidla fil-klima wasslet biex id-differenza li hemm bejn l-ogħla u l-inqas temperaturi tiżdied, u dan ħafna drabi jwassal għal staġuni b'temp instabbli. Dawn l-aħħar snin kienu rreġistrati wkoll każi aktar frekwenti ta' borra u silġ li laqtu lill-gżejjer.[23]

Il-provista tal-ilma toffri sfida għal Malta, peress li fiż-żmien sħun tas-sajf il-preċipitazzjoni tkun waħda minima filwaqt li dan ikun ukoll iż-żmien fejn l-ilma jkun użat l-iktar. Din il-problema tinħass ukoll matul ix-xitwa minħabba x-xita qawwija li tagħmel, li ħafna drabi tkompli nieżla fil-baħar minflok tippenetra fl-art. Malta tiddependi fuq ir-riżervi ta' taħt l-art tal-ilma ħelu (40 fil-mija), li jinġieb minn sistema ta' riżervi tal-ilma msejħin galleriji, bħal pereżempju, Ta' Kandja, b'fond ta' madwar 97 metru. Aktar minn nofs l-ilma tax-xorb ta' Malta huwa prodott permezz tad-desalinazzjoni (60 fil-mija), li twassal għal aktar użu ta' kombustibbli fossili u għal aktar tniġġis.[24]

 Medji tat-temperaturi għal Malta 
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Medja tal-ogħla temperatura °C (°F) 15
(59)
15
(59)
16
(61)
18
(64)
22
(72)
26
(79)
30
(86)
30
(86)
27
(81)
23
(73)
19
(66)
16
(61)
Temperatura medja ta' kuljum °C (°F) 12
(54)
12
(54)
13
(55)
15
(59)
18
(64)
22
(72)
26
(79)
26
(79)
24
(75)
21
(70)
16
(61)
13
(55)
Medja tal-inqas temperatura °C (°F) 9
(48)
9
(48)
10
(50)
12
(54)
15
(59)
18
(64)
21
(70)
22
(72)
20
(68)
17
(63)
13
(55)
11
(52)
Preċipitazzjoni ċm (pulzier) 8
(3.1)
5
(2)
4
(1.6)
2
(0.8)
1
(0.4)
0
(0)
0
(0)
0
(0)
3
(1.2)
7
(2.8)
9
(3.5)
10
(3.9)
Sors #1: {{{sors1}}}


Ekonomija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ekonomija ta' Malta.

L-ekonomija ta' Malta hi bbażata fuq diversi setturi, kemm dawk tal-manifattura kif ukoll tas-servizzi. L-uniċi riżorsi naturali u tanġibbli huma l-blat tal-Franka u tal-Qawwi/taż-Żonqor, u l-baħar ta' madwar il-gżejjer. Minn tal-ewwel jitqatta' l-ġebel tal-franka għall-bini kif ukoll jittieħed żrar u trab mill-ġebla ta' qawwi l-aktar biex titħallat mas-siment.

L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani, l-aktar fil-manifattura ta' bosta prodotti. Hawn ħames żoni industrijali fejn jiġu prodotti tant kwalitajiet ta' oġġetti bħal, għodda ta' inġinerija speċjalizzata, u komponenti tagħhom, oġġetti tal-plastik, kimika, oġġetti elettroniċi jew komponenti tagħhom, tessuti, ikel, xorb u tant affarijiet oħra. Dawn kollha jaħdmu f'suq liberu. L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta' Malta fl-2018 kienet il-manifattura u l-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom, it-turiżmu, il-qasam finanzjarju, l-avjazzjoni, il-Port frank u s-servizzi tal-ikel. Il-kummerċ fl-UE jammonta għal 57% tal-esportazzjonijiet ta' Malta (il-Ġermanja 16%, l-Italja 12% u Franza 11%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru kemm f'Singapore kif ukoll fil-Ġappun.[25]

F'termini ta' importazzjonijiet, 72% jiġu minn Stati Membri tal-UE (l-Italja 25% u l-Ġermanja 8%), filwaqt li barra mill-UE 4% jiġu miċ-Ċina u 3% mill-Indja.[25]

Storja tal-ekonomija

Qabel l-1800, Malta kellha vera ftit industriji, apparti dik tal-qoton, it-tabakk, u tat-tarzna. L-Ingliżi bdew jibnu it-tarzna u bosta baċiri mill-1848 'l hinn. Fi żmien il-gwerer fil-Mediterran li l-Ingliżi kienu involuti fihom, l-ekonomija ta' Malta kienet tmur tajjeb. Eżempju ta' dan kienet il-Gwerra tal-Krimea (1854 - 1856).

Fl-1869, mal-ftuħ tal-Kanal tas-Swejz kien hemm żieda massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta. L-ekonomija tal-Mediterran ġiet ideskritta bħala "Awtostrada" tan-negozju tad-dinja, u numru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u proviżjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Eġittu u l-Oċean Indjan.

Bejn l-1871 u l-1881, 8,000 ħaddiem sabu xogħol fit-tarzni. In-negozjanti kienu ngħaqdu bħala assoċjazzjoni u fl-1856 inbniet La Borsa (The Exchange) fi triq ir-Repubblika (dak iż-żmien imsejħa Strada Rjali). Fil-Borsa kien hemm żewġ banek.

Demografija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Demografija ta' Malta.

Il-popolazzjoni tal-gzejjer Maltin hi ta' madwar 500,000 ruħ. Hu mifhum li f'kull kilometru kwadru jgħixu madwar 1,400 ruħ. Malta tista' titqies bħala wieħed mill-iktar pajjiżi b'densità tal-popolazzjoni fid-dinja.

Malta fl-UE

Maltq daħlet fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-2004 fejn għandha sitt membri jirrapreżentawha. [25]

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri tal-pajjiżi membri jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politika ta' bejniethom. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern ta' Malta, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.[25]

Il-Kunsill tal-UE m'għandux persuna waħda permanenti bħala President (bħal pereżempju l-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[25]

Matul dawn is-sitt xhur, il-ministri mill-gvern ta' dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f'kull qasam ta' politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenza Maltija: Jan-Ġun 2017[25]

Il-Kummissarju nominat minn Malta għall-Kummissjoni Ewropea hi Helena Dalli, li hi responsabbli għall-Ugwaljanza.[25]

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f'kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ "rappreżentanza".[25]

Malta għandha ħames rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta' interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[25]

Malta għandha rappreżentant wieħed fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[25]

Malta tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. L-"ambaxxata għall-UE" ta' Malta, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b'mod effettiv kemm jista' jkun fl-UE.[25]

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b'mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun b'saħħitha l-ekonomija tal-pajjiż, akbar hi l-kontribuzzjoni finanzjarja. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b'mod ġenerali. [25]

Ċifri tal-2018 għal Malta: [25]

  • Nefqa totali tal-UE f'Malta – € 0.156 biljun (ekwivalenti għal 1.38% tal-ekonomija ta' Malta)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.102 biljun (ekwivalenti għal 0.91% tal-ekonomija ta' Malta)

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Malta jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta' toroq, is-sussidjar ta' riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[25]

Ara wkoll

Referenzi

  1. ^ a b ċ d "Malta". International Monetary Fund (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-03-24. Miġbur 2013-04-17.
  2. ^ Human Development Report 2013 - The Rise of the South: Human Progress in a Diverse World (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). United Nations Development Programme. 2013. ISBN 978-92-1-126340-4. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-03-19.
  3. ^ National Statistics Office (2006). Census of Population and Housing 2005: Preliminary Report (Rapport) (bl-Ingliż). ISBN 978-99909-73-38-9. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-03-11.
  4. ^ "European Microstates". TravelTips24.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-03-23.
  5. ^ Sultana, Ronald G. (1998). "Career guidance in Malta: A Mediterranean microstate in transition". International Journal for the Advancement of Counselling (bl-Ingliż). 20: 3–15. doi:10.1023/A:1005386004103.
  6. ^ "The Microstate Environmental World Cup: Malta vs. San Marino". EnvironmentalGraffiti.com (bl-Ingliż). 2007-12-15.
  7. ^ "Malta: Geography" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-30.
  8. ^ "Il-Gżejjer Maltin". gov.mt (bil-Malti).
  9. ^ "A History of Malta - Introduction". A History of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-06.
  10. ^ "Megalithic Temples of Malta". UNESCO (bl-Ingliż). Miġbur 2009-09-28.
  11. ^ "The Prehistoric Archaeology of the Temples of Malta". BradshawFoundation.com (bl-Ingliż). Miġbur 2009-04-28.
  12. ^ "OTSF in Malta". The OTS Foundation for Neolithic Studies (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-12-05. Miġbur 2009-04-28.
  13. ^ Cilia, Daniel, ed. (2004). Malta Before History: The World's Oldest Free-Standing Stone Architecture (bl-Ingliż). Miranda Publishers. ISBN 9789990985085.
  14. ^ Manduca, Julian (2003-06-29). "Controversy over unique Maltese bee population" (bl-Ingliż). Malta Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-08-23.
  15. ^ "Kostituzzjoni ta' Malta". Leġiżlazzjoni Malta (bil-Malti). Miġbur 2021-03-30.
  16. ^ Franklin, Mark N. (2001). "Electoral Participation". F' Niemi, Richard; Weisberg, Herbert (ed.). Controversies in Voting Behavior (bl-Ingliż) (4ba ed.). CQ Press. ISBN 978-1568023342.
  17. ^ Segratarjat tal-Prim Ministru, Uffiċċju tal-Prim Ministru
  18. ^ "L-Ewropa u int fl-2007, Estiż l-ivvjaġġar mingħajr passaport". Kummissjoni Ewropea (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-23. Miġbur 2009-04-29.
  19. ^ Mannion, A. M.; Vogiatzakis, I. N. (2007). "Island Landscape Dynamics: Examples from the Mediterranean" (PDF). Geographical Paper (bl-Ingliż) (183).
  20. ^ Geodynamic Map of the Mediterranean (Mappa) (1el ed.). 1:13,000,000. Commission for the Geological Map of the World. Arkivjat minn l-oriġinal (JPG) fl-2010-02-14. Miġbur 2009-04-29.
  21. ^ Falconer, William; Falconer, Thomas (2009-09). Dissertation on St. Paul's Voyage (bl-Ingliż). BiblioBazaar. Parametru mhux magħruf |iktar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ "Highest Maximum Temperature (Celsius)". MaltaWeather.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-03-30.
  23. ^ Fenech, Ingrid (2009-01-01). "It-Temp fl-2008" (bil-Malti). MaltaRightNow.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-09. Miġbur 2009-04-03.
  24. ^ McGrath, Matt (2007-04-04). "Briney future for vulnerable Malta" (bl-Ingliż). BBC News.
  25. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j "Malta". europa.eu (bil-Malti).

Ħoloq Esterni

Gvern

Aħbarijiet
Vjaġġar
Oħrajn

Read other information related to :Malta/

Malta Malta taħt il-Franċiżi Storja postali ta' Malta Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta Partit Laburista (Malta) Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex Invażjoni Franċiża ta' Malta Bank Ċentrali ta' Malta Ir-Rabat (Malta) Malta fil-Festival tal-Eurovision Santa Luċija, Malta Palazzo Malta Assedju ta' Malta Università Amerikana ta' Malta Għaqda Nisa ta' Malta Volt Malta Air Malta Stat ta' Malta Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta Storja ta' Malta Gremxula ta' Malta Emblema ta' Malta Gvernatur ta' Malta Kostituzzjoni ta’ Malta Kolonja ta' Malta Sea Mal…

ta Protettorat ta' Malta Borża ta' Malta Ekonomija ta' Malta Flora ta' Malta Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta President ta' Malta Karnival ta' Malta Fliegu ta' Malta Università ta' Malta Times of Malta Ġeografija ta' Malta Politika ta' Malta Reġjuni ta’ Malta Gvern ta' Malta Kunsilli lokali ta' Malta Nunzjatura Appostolika għal Malta Ilsna ta' Malta Giornale di Malta Partit Nazzjonalista (Malta) Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta Klima ta' Malta Tal-Pietà San Ġwann (Malta) Malta (Quotidiano Nazionalista) Bandiera ta' Malta Malta Railway Irħula ta' Malta Kummissarju Ċivili ta' Malta Assedju ta' Malta (1798–1800) Malta fil-Festival tal-Eurovision 2009 Jum l-Indipendenza (Malta) Assedju ta' Malta (1565) Skwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta Demografija ta' Malta Heritage Malta Lista tal-għasafar ta' Malta Naħla tal-għasel ta' Malta Prim Ministru ta' Malta Kamra tad-Deputati ta' Malta Port ta' Malta Partit Popolari (Malta) Prim Imħallef ta' Malta Muniti tal-ewro ta' Malta Parroċċi ta' Malta Reġjun Ċentrali (Malta) L-Ewwel Mara jew Raġel ta' Malta Filosofija f'Malta Jum il-Ħelsien (Malta) Malta fil-Festival tal-Eurovision 2013 Jum ir-Repubblika (

Kembali kehalaman sebelumnya