Share to: share facebook share twitter share wa share telegram print page

FC Pyunik

FC Pyunik
Isem sħiħ Pyunik Football Club
Fundazzjoni 1992
Grawnd Stadju Repubblikan, Yerevan
President Karen Harutyunyan
Kowċ Rafael Nazaryan
Kampjonat Premier League Armen
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Pyunik Football Club (Armen: Փյունիկ Ֆուտբոլային Ակումբ) huwa klabb tal-futbol Armen li huwa bbażat ġewwa Yerevan. Il-klabb jilgħab fil-Premier League Armen, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Armen. Il-Grawnd tagħhom huwa Stadju Repubblikan. [1]

Storja

Il-Klabb ġie fondat fl-1992, Pyunik (li tfisser "Phoenix") li rebħu rekort ta' 12-il Kampjonat Armen, 4 Tazzi Armeni u 6 Supercup Armena. Il-klabb huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol popolari fl-Armenja mill-istabbiliment tal-Premier League Armen fl-1992. Huma kienu fondati bl-isem Homenetmen Yerevan, u żammu dak l-isem sal-istaġun 1995–96, meta bidlu isimhom għall-Pyunik. Wara li rebħu t-titolu darbtejn bħala FC Pyunik, l-inkwiet beda bħala meta l-klabb beda problemi finanzjarji, u eventwalment tneħħew fl-1999.

L-era ġdida ta' Pyunik bdiet fl-2001, meta Pyunik assorbit lil FC Armenikum u awtomatikament kisbu l-promozzjoni għall- Premier League Armen mingħajr ma lagħbu logħba waħda fil-kampjonati baxxi. Is-Sid tal-klabb, negozjant sinjur Armen Ruben Hayrapetyan, ħaDU approċċ aktar bis-serjeta għall-klabb u ġabu plejers tajbin bħal Artavazd Karamyan u Arman Karamyan minn klabbs Armeni oħra. FC Pyunik ma kinitx sodisfatti b'dak li għandhom, u tejbu t-tim aktar billi jġibu xi maniġers barranin u plejers minn Mali, Kamerun, Arġentina u Rumanija. Dan il-bidla ġabet lura riżultati malajr, u Pyunik rebaħ it-titlu Armen u fl-istess sena rebħu t-Tazza Armena fl-2002. Aktar tard, għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb indipendenti Armenjan avvanzaw għat-tieni fażi fiċ-Ċampjins Lijg. Wara dan, il-klabb rebaħ it-titlu tal-Premier League Armen għaxar darbiet wara xulxin.

Rivalita

Iż-żewġ rivali ewlenin ta' Pyunik huma Ararat u Banants, madankollu, ir-rivalita ma Ararat hija ħafna aktar ħarxa minn dik ta' Banants. Ir-raġuni għal dan huwa għaliex Ararat huwa l-aktar klabb magħruf u maħbub ta' Yerevan minħabba l-kisbiet Sovjetika tiegħu, u Banants kienu oriġinarjament bbażati fir-reġjun ta' Kotayk, u kien biss imċaqalqa għal Yerevan fl-2001.

Emblemi

Unuri

Premier League Armen

  • Rebbieħa (16) –1992, 1995-96, 1996-97, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2014-2015, 2021-2022, 2023-24
  • Runner-up (2) – 1994, 2011

Tazza Armena

  • Rebbieħa (5) – 1996, 2002, 2004, 2009, 2010, 2013
  • Runner-up (3) – 1992, 1997, 2006

Super Cup Armena

  • Rebbieħa (8) – 1998, 2002, 2004, 2005, 2007, 2008, 2010, 2011
  • Runner-up (4) – 1997, 2003, 2006, 2009

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

Kompetizzjoni L R P T GF GK
UEFA Champions League 30 5 7 18 25 50
UEFA Europa League 6 3 1 2 9 11
Total 36 8 8 20 34 61
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb 1el leg 2ni leg
1996/97 UEFA Cup 1R Finlandja HJK Helsinki 3 – 1 2 – 5 (ħs)
1997/98 UEFA Champions League 1R Ungerija MTK Budapest 0 – 2 3 – 4
2002/03 UEFA Champions League 1R Finlandja Tampere United 4 – 0 2 – 0
2R Ukrajna Dynamo Kyiv 0 – 4 2 – 2
2003/04 UEFA Champions League 1R Iżlanda Knattspyrnufélag Reykjavíkur 1 – 0 1 – 1
2R Bulgarija CSKA Sofia 0 – 2 0 – 1
2004/05 UEFA Champions League 1R Maċedonja ta' Fuq Pobeda Prilep 3 – 1 1 – 1
2R Ukrajna Shakhtar Donetsk 1 – 3 0 – 1
2005/06 UEFA Champions League 1R Finlandja Haka Valkeakoski 0 – 1 2 – 2
2006/07 UEFA Champions League 1R Moldova Sheriff Tiraspol 0 – 0 0 – 2
2007/08 UEFA Champions League 1R Repubblika tal-Irlanda Derry City 0 – 0 2 – 0
2R Ukrajna Shakhtar Donetsk 0 – 2 1 – 2
2008/09 UEFA Champions League 1R Ċipru Anorthosis Famagusta 0 – 1 0 – 2
2009/10 UEFA Champions League 2R Kroazja Dinamo Zagreb 0 – 0 0 – 3
2010/11 UEFA Champions League 2R Serbja Partizan Belgrade 1 – 3 0 – 1
2011/12 UEFA Champions League 2R Repubblika Ċeka Viktoria Plzen 0 – 4 1 – 5
2012/13 UEFA Europa League 1R Montenegro Zeta Golubovci 0 - 3 2 - 1
2013/14 UEFA Europa League 1R Maċedonja ta' Fuq Teteks Tetovo 1 – 1 1 – 0
2R Litwanja Žalgiris Vilnius
Riżultati bil-bold huma f'darhom

Skwadra

N. Poż. Plejer
1 Armenja G Аlbert Ohаnyan
2 Armenja D Arman Hovhannisyan
3 Armenja D Varazdat Haroyan
5 Armenja M Kamo Hovhannisyan
6 Armenja M Artur Grigoryan
7 Armenja A Hovhannes Hovhannisyan
8 Armenja M Gor Malakyan
10 Armenja A Ghukas Poghosyan
12 Armenja G Gor Manukyan
14 Armenja D Davit Levonyan
15 Armenja M Arthur Yuspashyan
16 Armenja M David Minasyan
18 Armenja D Grigor Hovhannisyan
N. Poż. Plejer
19 Armenja M Vaspurak Minasyan
21 Armenja M Vigen Avetisyan
22 Armenja A Viulen Ayvazyan
23 Armenja G Tigran Kandikyan
28 Armenja D Tigran Vardanyan
29 Armenja A Arsen Piloyan
32 Armenja G Gevorg Harutyunyan
33 Armenja M Taron Voskanyan
50 Armenja D Eduard Tatoyan
70 Armenja M Arman Melkonyan
88 Armenja A Vardan Bakalyan
99 Armenja M Gagik Poghosyan
Armenja D Artak Yedigaryan

Plejere notevoli

Armenja
Ewropa
Amerika t'Isfel
Afrika

Kowċis

  • Armenja Levon Yablukyan (2000–01)
  • Armenja Samvel Darbinyan (2001–02)
  • Arġentina Oscar López (2002–03)
  • Rumanija Mihai Stoichiță (2003–04)
  • Armenja Vardan Minasyan (2004–05)
  • Netherlands Henk Wisman (2005–06)
  • Armenja Samvel Petrosyan (2006–07)
  • Armenja Armen Gyulbudaghyants (2007–08)
  • Armenja Vardan Minasyan (Ġun 2008–Diċ 11)
  • Armenja Suren Chakhalyan (Jan–Nov 12)
  • Armenja Vardan Minasyan (Gwardjan) (Nov 2012–)

Referenzi

  1. ^ "Armsport: Amenian Football" (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni

Prefix: a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9

Portal di Ensiklopedia Dunia

Kembali kehalaman sebelumnya