Il-Katidral ta'Canterbury f'Canterbury, Kent, huwa l-waħda mill-eqdem u l-iżjed strutturi Kristjani famużi fl-Ingilterra. Jifforma parti minn Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Huwa l-katridral tal-Arċisqof ta' Canterbury, attwalment Justin Welby, il-mexxej tal-Knisja tal-Ingilterra u l-mexxej simboliku tal-Komunità Anglikana dinjija. It-titlu formali tiegħu huwa l-Katidral u l-Knisja Metropolitika ta' Kristu f'Canterbury.
Stabbilit fil-597, il-katidral ġie rikostruwit għalkollox bejn l-1070 u l-1077. In-naħa tal-Lvant tkabbret ferm fil-bidu tas-seklu 12, u ġiet rikostruwita l-iktar bl-istil Gotiku wara n-nirien tal-1174, b'estensjonijiet sinifikanti lejn il-Lvant biex jakkomodaw il-fluss ta' pellegrini li riedu jżuru s-santwarju ta' Thomas Becket, l-arċisqof li nqatel fil-katidral fl-1170. In-navata u t-transetti Normanni baqgħu jeżistu sal-aħħar tas-seklu 14, meta mbagħad inqerdu għall-istrutturi attwali.
Qabel ir-Riformazzjoni Ingliża, il-katidral kien parti minn komunità monastika Benedittina magħrufa bħala Christ Church, Canterbury, apparti li huwa s-sede tal-arċisqof.
Storja
Rumani
Il-Kristjaneżmu fir-Renju Unit jissemma minn Tertuljanu diġà fil-208 W.K.[1] u Origen isemmih fil-238 W.K. Fil-314 tliet isqfijiet mir-Renju Unit attendew il-Kunsill ta' Arles.[2]
Hemm tradizzjoni ta' LondraMedjevali li l-Knisja ta' San Pietru f'Cornhill f'Londra kienet is-sede tal-Kristjaneżmu Ingliż sal-istabbiliment ta' Canterbury fil-597 W.K. Għadu ma ġiex stabbilit jekk dan huwiex minnu jew le. Madankollu, il-Knisja ta' San Pietru hija ppożizzjonata eżatt fuq il-pożizzjoni potenzjali ta' santwarju (Aedes) pagan fil-Bażilika Rumana l-kbira taż Londra, u hemm tradizzjoni li re nattiv Brittaniku, Luċju, ikkonverta għall-Kristjaneżmu fil-179 W.K. u stabbilixxa l-Knisja ta' San Pietru bħala s-sede tal-arċisqof tal-Knisja Ingliża.[3]
Hi x'inhi t-tradizzjoni korretta, għaldaqstant il-Kristjaneżmu Ingliż wasal pjuttost tard f'Canterbury. L-ewwel isqof li kellu bħala s-sede tiegħu l-katidral kien Wistin ta' Canterbury, li qabel kien il-patri superjuri tal-Abbazija Benedittina ta' San Indrija f'Ruma, mibgħut bħala l-kap ta' grupp ta' missjunarji lejn l-Ingilterra mill-Papa Gregorju I fil-596. Wistin stabbilixxa l-katidral fil-597 u ddedikah lil Ġesù Kristu, is-Salvatur Imqaddes.[4] Meta ġew stabbiliti djoċesijiet oħra fl-Ingilterra, Wistin sar l-arċisqof.
Wistin stabbilixxa wkoll l-Abbazija ta' San Pietru u San Pawl 'il barra mis-swar tal-belt ta' Canterbury. Iktar 'il quddiem din il-knisja ġiet iddedikata mill-ġdid li Santu Wistin innifsu u għal sekli sħaħ kienet il-post fejn kienu jindifnu l-arċisqfijiet suċċessivi. L-abbazija hija parti mill-istess Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mal-katidral u mal-knisja antika ta' San Martin.[5]
Medju Evu Bikri
Bede ddokumenta li Wistin reġa' uża eks knisja Rumana. L-eqdem fdalijiet li nstabu waqt l-iskavi taħt in-navata attwali fl-1993, madankollu kienu partijiet mill-pedamenti ta' binja tal-Anglo-Sassoni, li kienet inbniet tul triq Rumana.[6][7] Dawn jindikaw li l-knisja oriġinali kienet tikkonsisti minn navata, possibbilment b'narthex, u kappelli laterali fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Instabet binja sussidjarja iżgħar lejn il-Lbiċ ta' dawn il-pedamenti. Matul is-seklu 9 jew 10, din il-knisja ġiet sostitwita bi struttura ikbar (161 pied b'75 pied jew 49 metru bi 23 metru) b'faċċata tal-Punent kwadra. Milli jidher kellha wkoll torri ċentrali kwadru. Il-kronista tas-seklu 11 Eadmer, li kien midħla tal-katidral tas-Sassoni meta kien tifel, kiteb li fl-arranġament tiegħu, il-katidral kien jixbaħ il-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan, u indika li kellu għamla ta' bażilika, b'apsida fil-Lvant.[8]
Matul ir-riformi ta' Dunstan, l-arċisqof mid-960 sa mewtu fid-988[9], abbazija Benedittina msejħa l-Prijorat ta' Christ Church ġiet miżjuda mal-katidral. Iżda l-istabbiliment formali bħala monasteru jidher li seħħ biss għall-ħabta tad-997 u l-komunità saret monastika għalkollox biss minn żmien Lanfranc 'il quddiem (bil-kostituzzjonijiet monastiċi indirizzati minnu lill-Pirjol Enriku). Dunstan indifen fin-naħa tan-Nofsinhar tal-artal maġġuri.
Il-katidral ġarrab ħsarat estensivi matul l-attakki Daniżi fuq Canterbury fl-1011. L-Arċisqof Ælfheah ittieħed bħala ostaġġ minn dawk li wettqu l-attakki u eventwalment inqatel f'Greenwich fid-19 ta' April 1012, u b'hekk kien l-ewwel wieħed mill-ħames arċisqfijiet ta' Canterbury li mietu martri. Wara dan, ġiet miżjuda apsida fil-Punent bħala oratorju ta' Santa Marija, x'aktarx matul l-arċiveskovat ta' Lyfing (1013-1020) jew Aethelnoth (1020-1038).[12]
L-iskavi tal-1993 żvelaw li l-apsida l-ġdida fil-Punent kienet poligonali, maġenb torrijiet eżagonali, u tifforma westwerk (faċċata tal-Punent). Kienet tospita t-tron tal-arċisqof, bl-artal ta' Santa Marija lejn il-Lvant. Għall-ħabta tal-istess żmien li nbniet il-westwerk, il-ħitan tal-arkati ġew imsaħħa u ġew miżjuda torrijiet fil-kantunieri tal-Lvant tal-knisja.
Normanni
Il-katidral inqered min-nirien fl-1067, sena wara l-Konkwista Normanna. Ir-rikostruzzjoni bdiet fl-1070 taħt l-ewwel arċisqof Normann, Lanfranc (1070-1077). Huwa neħħa l-fdalijiet u reġa' bena l-katidral skont disinn ibbażat sew fuq dak tal-Abbazija ta' Saint-Étienne f'Caen, Franza, fejn kien serva bħala patri superjuri, u ntuża ġebel miġjub minn Franza.[13] Il-knisja l-ġdida, l-assi ċentrali tagħha madwar ħames metri fin-Nofsinhar tal-predeċessur tagħha, kienet binja b'għamla ta' salib, b'navata bil-korsiji u disa' niċeċ, par torrijiet fil-Punent, transetti mingħajr korsiji b'kappelli apsidali, torri baxx fuq in-naħa l-oħra, u kor qasir li jintemm bi tliet apsidi. Kienet iddedikata fl-1077.[14]
Taħt is-suċċessur ta' Lanfranc, Anselm, li ġie eżiljat darbtejn mill-Ingilterra, ir-responsabbiltà tar-rikostruzzjoni jew tat-titjib tan-nisġa tal-katidral tħalliet l-iktar f'idejn il-pirjoli.[15] Wara l-elezzjoni tal-Pirjol Ernulf fl-1096, il-faċċata mhux adegwata ta' Lanfranc fil-Lvant twaqqgħet u ġiet sostitwita b'fergħa tal-Lvant twila 198 pied, id-doppju tat-tul tal-katidral. Ġiet olzata fuq kripta kbira u mżejna b'mod elaborat. Wara Ernulf fl-1107 laħaq Konrad, li lesta x-xogħol sal-1126.[16] Il-kor il-ġdid ingħata l-għamla ta' knisja kompluta fi innifsu, bit-transetti tiegħu stess; il-faċċata tal-Lvant kellha pjanta semiċirkolari, bi tliet kappelli li jagħtu għal ambulatorju. Kampnar għalih waħdu nbena fuq tumbata fid-distrett tal-katidral għall-ħabta tal-1160.[17]
Bħal fil-biċċa l-kbira tal-binjiet tal-knejjes Gotiċi, il-kor minn ġewwa huwa mżejjen b'mod rikk. William ta' Malmesbury kiteb: "Ma kien hemm xejn bħalu fl-Ingilterra, kemm bħala dawl li jidħol mill-ħġieġ ikkulurit tat-twieqi tiegħu, kemm bħala leqqa tal-art tal-irħam tiegħu, kif ukoll għall-bosta pitturi kkuluriti ferm li kienu jattirawk biex tħares lejn is-saqaf bil-panewijiet ta' fuqhom".[18]
Għalkemm ingħatat isem l-arċisqof fundatur tas-seklu 6, is-Sedja ta' Santu Wistin, it-tron ċerimonjali tal-Arċisqof ta' Canterbury, jaf imur lura għal żmien in-Normanni. Intuża għall-ewwel darba fl-1205.
Perjodu ta' Plantagenet
Martirju ta' Thomas Becket
Mument ċentrali fl-istorja tal-katidral kien il-qtil tal-arċisqof Thomas Becket, fit-transett tal-Majjistral (magħruf bħala l-Martirju) nhar it-Tlieta d-29 ta' Diċembru 1170, mill-kavallieri tar-Re Enriku II. Ir-re spiss kellu kunflitti ma' Becket li kellu rieda qawwija u jingħad li stqarr iffrustrat, "Ħadd mhu se jeħlisni minn dan il-qassis turbolenti?". Erba' kavallieri ħadu l-istqarrija tiegħu litteralment u qatlu lil Becket fil-katidral tiegħu stess. Wara Ælfheah fl-1012, Becket kien it-tieni Arċisqof ta' Canterbury li nqatel.
Il-venerazzjoni ta' Becket wara mewtu ttrasformat il-katidral f'post tal-pellegrinaġġi, u b'hekk kien jeħtieġ li jitkabbar kemm fid-daqs tal-binja kif ukoll fil-ġid, permezz tad-dħul mill-pellegrini, sabiex it-tkabbir tal-binja jkun possibbli.
Rikostruzzjoni tal-kor
F'Settembru 1174, il-kor ġarrab ħsarat estensivi minħabba nirien, u b'hekk kienet meħtieġa rikostruzzjoni ewlenija. Il-progress tar-rikostruzzjoni ġie ddokumentat fid-dettall minn patri msejjaħ Gervase.[19][20] Il-kripta ħelsitha ħafif min-nirien,[21] u nstab li l-ħitan ta' barra tal-kor setgħu jinżammu. Dawn żdiedu b'għoli ta' 12-il pied (3.7 metri) matul ir-rikostruzzjoni, iżda l-għamla tonda tat-twieqi tiegħu baqgħet l-istess.[22] Il-kumplament ġie sostitwit bl-istil Gotiku ġdid, bi ħnejjiet ippuntati, volti mrikkbin u dniefel. Il-ġebla tal-ġir li ntużat ġiet importata minn Caen fin-Normandija, u l-irħam ta' Purbeck intuża għax-xaftijiet. Il-kor reġa' seta' jintuża fl-1180 u f'dik is-sena l-fdalijiet ta' Dunstan u ta' Ælfheah ġew ittrasferiti hemmhekk mill-kripta.[23]
Il-mastru bennej li nħatar għar-rikostruzzjoni tal-kor kien il-Franċiż William ta' Sens. Wara li waqa' mill-armatura tal-bini u korra fl-1179, ġie sostitwit b'wieħed mill-eks assistenti tiegħu, magħruf bħala William l-Ingliż.[23]
Kappella tat-Trinità u Santwarju ta' Thomas Becket
Fl-1180-1184, minflok il-kappella l-antika kwadra tal-Lvant, inbniet il-Kappella tat-Trinità attwali, b'estensjoni kbira b'ambulatorju, iddisinjat għas-santwarju ta' San Thomas Becket. Kappella oħra, bi pjanta ċirkolari, ġiet miżjuda iktar lil hinn, għal iktar fdalijiet u relikwi ta' Becket, li b'mod ġenerali kien maħsub li kienu jinkludu l-parti ta' fuq tal-kranju tiegħu, li ġiet maqtugħa fil-qtil tiegħu. Din il-kappella tal-aħħar saret magħrufa bħala l-"Kuruna" jew il-"Kuruna ta' Becket".[24] Dan il-partijiet il-ġodda fil-Lvant tat-transetti tal-kor ġew olzati fuq kripta ogħla mill-kor ta' Ernulf, u b'hekk kien meħtieġ taraġ bejn iż-żewġ livelli. Ix-xogħol fuq il-kappella tlesta fl-1184, iżda l-fdalijiet ta' Becket ma ġewx ittrasferiti mill-qabar tiegħu fil-kripta qabel l-1220. Fil-Kappella tat-Trinità, iktar 'il quddiem ġew midfuna wkoll Edward Plantagenet (il-"Prinċep l-Iswed") u r-Re Enriku IV.[25]
Is-santwarju fil-Kappella tat-Trinità tqiegħed eżatt fuq il-qabar oriġinali ta' Becket fil-kripta. Pedestall tal-irħam, olzat fuq il-kolonni, kien jirfed dak li viżitatur bikri, Walter ta' Coventry, iddeskriva bħala "tebut maħdum b'mod tal-għaġeb bid-deheb u bil-fidda, u mżejjen sew bil-ħaġar prezzjuż".[26] Rakkonti oħra jagħmluha ċara li d-deheb tpoġġa fuq qafas tal-injam, li min-naħa tiegħu kien fih kaxxa tal-ħadid bil-fdalijiet ta' Becket.[27] Teżori oħra ddedikati lill-arċisqof qaddis ġew miżjuda mat-tiżjin tat-tebut matul is-snin, filwaqt li oħrajn tpoġġew fuq pedestalli jew xorok fil-qrib, jew ġew mehmuża ma' tapizzeriji mdendla.[28] Għall-biċċa l-kbira taż-żmien, it-tebut (jew il-"feretru") inżamm issiġillat b'għatu tal-injam, li b'mod teatrali kien jiġi mgħolli bil-ħbula ladarba tinġema' folla ta' pellegrini. L-umanista OlandiżDesiderius Erasmus, li żar il-post fl-1512–1514, iddokumenta li ladarba l-għatu kien jiġi mgħolli, "il-Pirjol ... kien jindika kull ġojjell, u kien jgħid l-isem bil-Franċiż, il-valur tiegħu, u isem id-donatur tiegħu; peress li l-parti prinċipali tagħhom kienu offerti mibgħuta minn prinċpijiet sovrani".[29]
L-introjtu mill-pellegrini (bħal dawk imsemmija fil-Canterbury Tales ta' Geoffrey Chaucer) li żaru s-santwarju ta' Becket, li kien meqjus bħala post ta' fejqan, ħallas għall-biċċa l-kbira tar-rikostruzzjoni sussegwenti tal-katidral u tal-binjiet assoċjati miegħu. Dan id-dħul kien jinkludi l-profitti mill-bejgħ ta' medalji ta' Becket, tal-martirju tiegħu jew tas-santwarju tiegħu, għall-pellegrini.
Is-santwarju tneħħa fl-1538. Ir-Re Enriku VIII allegatament "tella'" l-qaddis mejjet il-qorti fuq akkużi ta' tradiment. Peress li ma deherx il-qorti, instab ħati fin-nuqqas tiegħu u t-teżori tas-santwarju tiegħu ġew ikkonfiskati, u ttieħdu f'żewġ sniedaq kbar fuq 26 karru.[30]
Binjiet monastiċi
Veduta panoramika tal-katidral u tal-binjiet monastiċi tiegħu, li saret għall-ħabta tal-1165 u hija magħrufa bħala l-"pjanta ta' minn fejn kellu jgħaddi l-ilma" hija ppreservata fil-Eadwine Psalter fil-librerija tal-Kulleġġ tat-Trinità ta' Cambridge. Deskrizzjoni dettalja tal-pjanta tista' tinstab fis-saġġ klassiku ta' Willis. Turi li Canterbury kellha l-istess prinċipji ġenerali ta' arranġament komuni bħall-monasteri Benedittini kollha, għalkemm għad-differenza tas-soltu, il-kjostru u l-binjiet monastiċi kienu jinsabu fit-Tramuntana, minflok fin-Nofsinhar tal-knisja. Kien hemm sala kapitolari separata li għadha teżisti, li jingħad li hija "l-ikbar waħda fl-Ingilterra kollha". Il-ħġieġ ikkulurit ta' ġo fiha juri l-istorja ta' Canterbury.
Il-binjiet kienu jiffurmaw gruppi separati madwar il-knisja. Maġenbha, fuq in-naħa tat-Tramuntana, kien hemm il-kjostru u l-binjiet iddedikati għall-ħajja monastika. Lejn il-Lvant u l-Punent tagħhom kien hemm il-binjiet iddedikati għall-eżerċitar tal-ospitalità. Lejn il-Lvant ukoll kien hemm l-infermerija, bil-kappella tagħha stess. Lejn it-Tramuntana, kien hemm bitħa kbira fil-beraħ li kienet tiddividi l-binjiet monastiċi mill-kumplament tal-binjiet, fosthom l-istalel, il-fosos tal-qmuħ, il-matmura, il-forn, il-birrerija u s-swali tal-ħasil tal-ħwejjeġ, li kienu abitati mill-qaddejja lajċi tal-istabbiliment. Kemm jista' jkun 'il bogħod mill-knisja, lil hinn mill-art tal-monasteru, kien hemm id-dipartiment tat-tallaba. Il-binja għall-wens tal-foqra, b'sala kbira annessa magħha, kienet tifforma l-ospizju tal-foqra.
Il-grupp ta' binjiet iddedikati għall-ħajja monastika kien jinkludi żewġ kjostri. Il-kjostru l-kbir kien imdawwar mill-binjiet li essenzjalment kienu kkollegati mal-ħajja ta' kuljum tal-patrijiet: il-knisja lejn in-Nofsinhar, bir-refettorju dejjem fuq in-naħa opposta, id-dormitorju, olzat fuq il-volti, u s-sala kapitolari biswit, filwaqt li fil-Punent kien ikun hemm l-abitazzjonijiet ta' min kien jieħu ħsieb iċ-ċelel, li kien responsabbli għall-ikel tal-patrijiet u tal-mistednin. Passaġġ taħt id-dormitorju kien jagħti lejn il-Lvant għal kjostru iżgħar jew tal-infermerija, li kien jintuża mill-morda u mill-patrijiet li jimirdu.
Is-sala u l-kappella tal-infermerija kienu estiżi lejn il-Lvant ta' dan il-kjostru, u b'hekk l-għamla u l-arranġament tagħha kienu qishom in-navata u l-presbiterju ta' knisja bil-korsiji. Taħt id-dormitorju, faċċata tal-ispazju għall-ħxejjex aromatiċi, kien hemm il-"pisalis", il-kamra komuni għall-patrijiet. Fil-kantuniera tal-Grigal kien hemm aċċess mid-dormitorju għan-necessarium, li kienet binja f'forma ta' sala Normanna, twila 145 pied (44 metru) u wisa' 25 pied (7.6 metru), b'55 siġġu. Inbniet b'attenzjoni partikolari għall-iġjene, b'nixxiegħa tal-ilma għaddejja minnha minn naħa għall-oħra.
Kien hemm dormitorju iżgħar għall-uffiċjali tal-kunvent orjentat mil-Lvant għall-Punent. Qrib ir-refettorju, iżda barra mill-kjostri, kien hemm l-uffiċċji domestiċi kkollegati: lejn it-Tramuntana, il-kċina kwadra b'47 pied (14-il metru) fuq kull naħa, b'saqaf piramidali, u l-bitħa tal-kċina; lejn il-Punent, il-binjiet fejn kien isir il-butir, fejn kienu jinħażnu l-affarijiet, eċċ. L-infermerija kellha kċina żgħira tagħha stess. Fuq in-naħa opposta tal-bieb tar-refettorju fil-kjostru kien hemm żewġ binjiet fejn il-patrijiet kienu jinħaslu qabel u wara li jieklu. Waħda minnhom huwa t-torri ċirkolari ta' żewġ sulari tal-lavatorju. Lejn in-Nofsinhar tal-kjostru tal-infermerija, qrib in-naħa tal-Lvant tal-katidral, hemm it-teżor, b'volta li tispikka bi tmien naħat.
Il-binjiet iddedikati għall-ospitalità kienu maqsuma fi tliet gruppi. Il-grupp tal-pirjol kienu "jiġu aċċessati fix-Xlokk tal-bitħa l-ħadra, qrib l-iżjed parti sagra tal-katidral, kif jistħoqqilhom l-ekkleżjastiċi jew in-nobbli distinti li kienu jiġu assenjati lilu". Il-binjiet ta' min kien jieħu ħsieb il-patrijiet, fejn il-viżitaturi ta' klassi medja kienu jiġu pprovduti l-intratteniment, kienu jinsabu fin-naħa tal-Punent tan-navata. Il-pellegrini inferjuri, il-foqra u t-tallaba kienu relegati fis-sala tat-Tramuntana, eżatt mad-daħla.
Fost il-pirjoli tal-Prijorat ta' Christ Church kien hemm Ġwanni ta' Sittingbourne (elett fl-1222, li qabel kien patri tal-prijorat) u William Chillenden (elett fl-1264, li qabel kien patri u teżorier tal-prijorat). Il-monasteru ngħata d-dritt li jeleġġi l-pirjol tal-monasteru stess jekk is-sede tal-Papa kienet tkun vakanti, u – minn Gregorju IX 'il quddiem – id-dritt għal elezzjoni ħielsa (għalkemm bl-arċisqof jissorvelja l-għażla tagħhom). Fost il-patrijiet tal-prijorat kien hemm Æthelric I, Æthelric II, Walter d'Eynsham, Reginald fitz Jocelin (ammess fil-konfraternità qabel mewtu), Nigel de Longchamps u Ernulf. Spiss il-patrijiet kienu jikkandidaw għall-kariga ta' Arċisqof ta' Canterbury, jew wieħed minn fosthom jew wieħed minn barra, peress li l-arċisqof nominalment kien il-patri superjuri tagħhom, iżda dan seta' jwassal għal diżgwidi mar-re jew mal-Papa kull meta kien jiġi propost raġel differenti – eżempju ta' dan huma l-elezzjonijiet ta' Baldwin ta' Forde u ta' Thomas Cobham.
Sekli 14 u 15
Fil-bidu tas-seklu 14, il-Pirjol Eastry ordna li jinbena ħajt diviżorju tal-ġebel u li terġa' tinbena s-sala kapitolari, filwaqt li s-suċċessur tiegħu, il-Pirjol Oxenden żied tieqa kbira b'ħames sezzjonijiet għad-dawl fil-Kappella ta' San Anselmu.
Il-katidral ġarrab ħsarat estensivi minħabba t-terremot tal-Istretti ta' Dover tal-1382, u tilef il-qniepen u l-kampnar tiegħu.
Mill-aħħar tas-seklu 14 reġgħu nbnew in-navata u t-transetti fuq il-pedamenti Normanni bl-istil Perpendikolari taħt it-tmexxija tal-mastru bennej magħruf Henry Yevele. B'kuntrast mal-bini mill-ġdid kontemporanju tan-navata f'Winchester, fejn il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi arkitettoniċi eżistenti nżammew u ġew immudellati mill-ġdid, il-pilastri tneħħew għalkollox, u ġew sostitwiti b'oħrajn Gotiċi inqas imponenti, u l-ħitan antiki tal-korsiji tneħħew għalkollox ukoll għajr għal "pedestall" baxx fin-naħa tan-Nofsinhar. Iktar karatteristiċi Normanni nżammew fit-transetti, speċjalment fil-ħitan tal-Lvant, u l-kappelli l-antiki tal-apsidi ma ġewx sostitwiti qabel nofs is-seklu 15. Il-ħnejjiet tal-arkata tan-navata l-ġdida kienu tassew għoljin meta mqabbla mal-klerestorju. It-transetti, il-korsiji u n-navata l-ġodda ġew imsaqqfa b'volti mrikkbin qosra, b'biċċiet ċilindriċi ħerġin 'il barra. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol twettaq matul il-prijorat ta' Thomas Chillenden (1391-1411): Chillenden bena wkoll ħajt diviżorju ġdid fin-naħa tal-Lvant tan-navata, fejn ġie inkorporat il-ħajt diviżorju eżistenti ta' Eastry. Madankollu, l-art tal-ġebel Normanna tan-navata baqgħet teżisti sa ma ġiet sostitwita fl-1786.
Mill-1396 il-kjostri ġew irrestawrati u mmudellati mill-ġdid mill-istudent ta' Yevele, Stephen Lote, li żied il-volti mrikkbin qosra. Matul dan il-perjodu nħolqu wkoll il-volti partikolari tas-sala kapitolari.
Skarsezza ta' flus u l-għoti tal-prijorità lir-rikostruzzjoni tal-kjostri u tas-sala kapitolari wasslu biex ir-rikostruzzjoni tat-torrijiet tal-Punent tiġi ttraskurata. It-torri tal-Lbiċ ma ġiex sostitwit qabel l-1458, u t-torri Normann tal-Majjistral baqa' jeżisti sal-1834, meta ġie sostitwit b'replika tat-torri Perpendikolari.
Għall-ħabta tal-1430, it-transett tan-Nofsinhar tneħħa biex minfloku tinbena kappella, stabbilita minn Lady Margaret Holland u ddedikata lil San Mikiel u lill-Anġli Kollha. L-apsida tat-transett tat-Tramuntana ġie sostitwit b'kappella ddedikata lill-Madonna, li nbniet fl-1448-1455.
It-torri tal-intersezzjoni tan-navata, twil 235 pied (72 metru) inbeda fl-1433, għalkemm il-preparamenti kienu diġà bdew matul il-prijorat ta' Chillenden meta l-pilastri kienu ġew rinfurzati. Instab li iktar tisħiħ kien meħtieġ għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 16 meta ġew miżjuda ħnejjiet riffieda taħt il-ħnejjiet tat-torri tan-Nofsinhar u tal-Punent. It-torri sikwit huwa magħruf ukoll bħala l-"Kampnar tal-Anġlu", peress li fl-imgħoddi kien hemm anġlu indurat fuq il-quċċata tiegħu.
Żmien Modern
Ir-Riformazzjoni, ix-Xoljiment u l-Puritaniżmu
Il-katidral ma baqax abbazija matul ix-Xoljiment tal-Monasteri, meta l-istabbilimenti reliġjużi kollha twaqqfu. Canterbury arrendiet f'Marzu 1539, u reġgħet lura għall-istatus preċedenti tagħha ta' "kulleġġ tal-kanonċi sekolari". Skont is-sit web tal-katidral stess, il-katidral kien monasteru Benedittin mis-seklu 10. L-Istabbiliment il-Ġdid seħħ fit-8 ta' April 1541. Is-santwarju ddedikat lil San Thomas Becket inqered skont l-ordnijiet ta' Enriku VIII u r-relikwi ntilfu.
Fl-1642-1643, matul il-Gwerra Ċivili Ingliża, ikonoklastiċi Puritani mmexxija minn Edwin Sandys (Parlamentari) ikkawżaw ħsara sinifikanti waqt it-"tindif" li wettqu tal-katidral, inkluż il-qerda tal-istatwa ta' Kristu fid-Daħla ta' Christ Church u t-twaqqigħ tax-xatbiet tal-injam minn grupp immexxi minn Richard Culmer. L-istatwa ma ġietx sostitwita qabel l-1990 iżda x-xatbiet ġew irrestawrati fl-1660 meta beda wkoll ħafna xogħol ta' tiswija li baqa' għaddej sal-1704.
Għamara
Fl-1688, il-mastrudaxxa Roger Davis, ċittadin ta' Londra, neħħa l-bankijiet tas-seklu 13 u minflokhom għamel żewġ ringieli ta' bankijiet maħduma minnu fuq kull naħa tal-kor. Uħud mill-bankijiet ta' Davis għandhom gost Medjevali partikolari u jaf ikkopja wħud mid-disinni oriġinali. Meta Sir George Gilbert Scott wettaq ir-rinnovazzjonijiet fis-seklu 19, huwa sostitwixxa r-ringiela ta' quddiem tal-bankijiet ta' Davis, b'bankijiet ġodda li ddisinja hu, li donnhom jinkludu bosta kopji ta' dawk fil-Katidral ta' Gloucester, fil-Katidral ta' Worcester u l-Kulleġġ il-Ġdid ta' Oxford.
Statwi fuq il-Faċċata tal-Punent
Il-biċċa l-kbira tal-istatwi li attwalment iżejnu l-faċċata tal-Punent tal-katidral ġew installati fis-snin 60 tas-seklu 19 meta kien qed jiġi rinnovat il-Portiku tan-Nofsinhar. Dak iż-żmien, in-niċeċ kienu battala u d-Djaknu tal-katidral ħaseb li d-dehra tal-katidral setgħet tittejjeb ladarba jimtlew. L-iskultur Vittorjan Theodore Pfyffers ġie kkummissjonat biex joħloq l-istatwi u l-biċċa l-kbira minnhom ġew installati sal-aħħar tas-snin 60 tas-seklu 19. Attwalment hemm 53 statwa li jirrappreżentaw diversi figuri li kienu influwenti fil-ħajja tal-katidral u l-knisja Ingliża, fosthom membri tal-kleru, membri tal-familja rjali, qaddisin u teologi. Huma rrappreżentati wkoll l-Arċisqfijiet ta' Canterbury, minn Wistin ta' Canterbury u Lanfranc, sa Thomas Cranmer u William Laud. Ir-rejiet u l-irġejjen minn Æthelberht u Bertha of Kent, sa Vitorja u Eliżabetta II huma inklużi.
Seklu 18 sal-preżent
It-torrijiet oriġinali tad-Daħla ta' Christ Church tneħħew fl-1803 u ġew sostitwiti fl-1937. L-istatwa ta' Kristu ġiet sostitwita fl-1990 bi skultura tal-bronż ta' Kristu magħmula minn Klaus Ringwald.
It-torri Normall oriġinali tal-Majjistral, li kellu l-ogħla quċċata sal-1705, twaqqa' fl-1834 minħabba tħassib strutturali. Ġie sostitwit bit-torri bl-istil Perpendikolari, simili għat-torri tal-Lbiċ (iddisinjat minn Thomas Mapilton), issa magħruf bħala t-Torri ta' Arundel, u b'hekk il-katidral ingħat dehra iktar simetrika. Din kien l-aħħar alterazzjoni knira li saret fil-katidral.
Fl-1866 kien hemm sitt kanoniċi residenzjali, u waħda minnhom kienet annessa mal-Arċidjakonat ta' Canterbury u l-oħra kienet annessa ma' dak ta' Maidstone. F'Settembru 1872, parti kbira mis-saqaf tal-Kappella tat-Trinità nqerdet għalkollox bin-nirien. Ma saret l-ebda ħsara lill-ġebel jew fuq ġewwa u l-ħsara li kien hemm ġiet imsewwija malajr.we
Waqt l-attakki bil-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-librerija tagħha nqerdet, iżda l-katidral ma ġarrabx ħsara estensiva mill-bombi; l-uffiċjali lokali tat-tifi tan-nar tfew il-fjammi kollha li ħadu fuq is-saqaf tal-injam.
Fl-1986 ġie installat Artal ġdid tal-Maritirju fit-transett tal-Majjistral, fil-post fejn Thomas Becket inqatel, u dan kien l-ewwel artal ġdid fil-katidral għal 448 sena. Immuntata fuqu mal-ħajt, hemm skultura tal-metall magħmula mill-iskultur ta' Truro Giles Blomfield b'salib u żewġ xwabel imdemmija maġenbu, flimkien mad-dellijiet tagħhom, li jirrappreżentaw l-erba' kavallieri li qatli lil Becket. Plakka tal-ġebel tfakkar ukoll iż-żjara ta' Papa Ġwanni Pawlu II fir-Renju Unit fl-1982. L-iskultura "Trasport" ta' Antony Gormley ġiet żvelata fil-kripta fl-2011. Din hija magħmula minn imsiemer tal-ħadid mis-saqaf tat-transett tax-Xlokk.
Fl-2015, Sarah Mullally u Rachel Treweek saru l-ewwel nisa li ġew ordnati bħala isqfijiet fil-katidral, bħala l-Isqof ta' Crediton u l-Isqof ta' Gloucester rispettivament. Fl-2022, ġie mħabbar li David Monteith, li ddikjara apertament li huwa omosesswali u fi sħubija ċivili, kien se jkun id-Djaknu tal-katidral.
Il-katidral huwa Knisja Reġimentali tar-Riġment Irjali tal-Prinċipessa ta' Wales u post fejn jiggradwaw l-istudenti tal-Università ta' Kent u tal-Università ta' Christ Church ta' Canterbury.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[31]
Konservazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-xogħol tal-ġebel fil-Katidral ta' Canterbury għandu l-ħsara u qed jitmermer, is-soqfa qed iqattar l-ilma minnhom u ħafna mill-qafas tal-ħġieġ ikkulurit tat-twieqi ssaddad sew. L-aħħar rieżami strutturali ta' kull ħames snin żvela li kombinament ta' sekli ta' erożjoni, tniġġis u użu kostanti kellhom impatt fuq il-binja antika u xi problemi serji kienu jeħtieġu li tittieħed azzjoni b'urġenza.
L-ikbar sfida unika hija s-saqaf. Il-katidral huwa msaqqaf b'firxa enormi ta' ċomb u filwaqt li l-maġġoranza tal-qafas tal-injam għadu f'kundizzjoni tajba, ħafna miċ-ċomb innifsu jeħtieġ li jinbidel. Barra minn hekk, ammont kbir ta' konkos mal-parti t'isfel tas-saqaf jeħtieġ li jinqala' u li jiġi sostitwit b'xorok tradizzjonali tal-injam.
Il-konservazzjoni tax-xogħol tal-ġebel fuq barra, b'mod partikolari fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-binja, hija importanti bl-istess mod. Il-katidral parzjalment inbena bil-ġebla ta' Caen. Studji arkeoloġiċi dettaljati qed isiru biex jiġi identifikat bl-eżatt liema ġebel irid jinbidel jew jissewwa. Barra minn hekk, qed jintużaw tekniki speċjalizzati tat-tindif biex jitneħħew id-depożiti kimiċi akkumulati mal-ġebel li jagħmlu ħsara kbira lill-binja. Fuq ġewwa, fost il-prijoritajiet hemm it-tiżjin tal-volti tal-Kappella tat-Trinità, ix-xogħol ta' konservazzjoni f'diversi kappelli oħra, u titjib ewlieni fil-binja tat-Teżor, li fost affarijiet oħra fih il-kmamar fejn jipprattika l-kor tal-katidral.
L-iżjed twieqi tal-ħġieġ ikkulurit bikrin fil-katidral imorru lura għall-aħħar tas-seklu 12, filwaqt li oħrajn huma ġodda daqs l-erba' twieqi ta' Ervin Bossányi fit-transett tax-Xlokk (1957). Ħafna minnhom diġà ġew ikkonservati u protetti mit-tim ta' konservazzjonisti tal-ħġieġ ikkulurit immexxija minn Leonie Seliger. Madankollu, għad fadal ħafna xogħol ta' konservazzjoni xi jsir, b'mod partikolari fuq it-tieqa tal-Okulu fit-transett tax-Xlokk, li hija tieqa tonda tal-aħħar tas-seklu 12.
Matul il-ħarifa tal-2008 tlesta restawr ewlieni tas-saqaf taċ-ċomb ta' fuq it-transett u b'kollox sewa madwar £500,000. Fl-2018, is-saqaf taċ-ċomb tan-navata ġie sostitwit. Ir-restawr estensiv tal-katidral li sar f'nofs l-2018 kien parti minn xogħol skedat tal-2016-2021 li kien jinkludi wkoll it-titjib tal-aċċessibbiltà u tal-ambjent pajsaġġistiku tal-katidral, faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi u restawr ġenerali fuq barra. L-hekk imsejjaħ Vjaġġ ta' Canterbury (bl-Ingliż: Canterbury Journey) huwa proġett li kien mistenni jiswa kważi £25 miljun; il-finanzjament kien jinkludi għotja ta' £13.8 miljun mingħand Heritage Lottery, £10.9 miljun mill-Canterbury Cathedral Trust u £250,000 mill-"Ħbieb tal-Katidral".
Stabbiliment
Djakni u Kanonċi
Mill-1 ta' Awwissu 2022:
Djaknu – David Monteith (mis-17 ta' Diċembru 2022)
Arċidjaknu ta' Canterbury u Kanonku Residenti – William Adam (Arċidjaknu u Kanonku mit-18 ta' Lulju 2022)
Kanonku Librar – Tim Naish (mit-22 ta' April 2018)
Kanonku Missjunarju – Emma Pennington (mis-16 ta' Marzu 2019)
Kanonku Teżorier (Kanonku Djoċesan) – Andrew Dodd (mis-27 ta' Settembru 2020)
Il-katidral juża "Viċi Djaknu" mhux għal appuntat partikolari, iżda b'referenza għall-Kanonku Residenti għal kull xahar.
Kanonċi minuri:
Kantur – David Roper (temporanjament mill-11 ta' Settembru 2022).
Servizz tal-pulizija
Il-katidral għandu s-servizz tal-pulizija tiegħu stess, magħrufa bħala l-Kuntistabbli tal-Katidral ta' Canterbury. Huma kuntistabbli attestati, bil-poter li jarrestaw f'każ ta' bżonn, jieħdu ħsieb jissorveljaw u jipproteġu l-katidral. Dawn jaħdmu mill-qrib ukoll mal-Pulizija ta' Kent.
Qniepen
Il-katidral għandu total ta' 21 qanpiena fi tliet torrijiet tal-kampnari:
It-Torri tal-Lbiċ (it-Torri ta' Oxford) fih il-qniepen prinċipali li jindaqqu fil-katidral, imdendlin għal bidla fit-tokki bi stil Ingliż. Hemm erbatax-il qanpiena b'kollox – sensiela ta' tnax b'żewġ semitoni, li jippermettu li jindaqqu għaxar, tmien jew sitt qniepen u xorta waħda jibqgħu intonati. Il-qniepen kollha ġew fonduti fl-1981 mill-Fonderija tal-Qniepen ta' Whitechapel minn seba' qniepen tas-sensiela l-antika ta' tnax-il qanpiena b'metall ġdid li ġie miżjud u bit-twaħħil f'qafas ġdid. It-tul (pixka) tal-ħbula ġiet miżjuda billi fl-istess żmien tbaxxiet l-art tal-kompartiment tad-daqq sal-livell tal-volta tal-korsija tan-Nofsinhar, biex b'hekk il-qniepen il-ġodda setgħu ikunu iktar baxxi fil-kampnar milli l-qniepen ġodda, bl-intenzjoni li jitnaqqas l-istress fuq l-istruttura Medjevali. L-itqa qanpien (it-tenur) ta' din is-sensiela tiżen 34 cwt twal u 3 qr 4 lb (3,896 libbra jew 1,767 kilogramma). Dawk li jdoqqu l-qniepen jipprattikaw il-Ħamis fis-7:15 ta' filgħaxija.
It-Torri tal-Majjistral (it-Torri ta' Arundel) fih il-qniepen tat-tokki tal-arloġġ tal-katidral. Il-ħames tokki ta' ħames kwarti ttieħdu minn sensiela antika ta' 12 fit-Torri ta' Oxford (fejn oriġinarjament kien hemm arloġġ), u kien iserraħ max-xorok fit-Torri ta' Arundel. It-tokki jindaqqu mat-tmien ton Gregorjan, li jintuża wkoll fil-Kulleġġ ta' Merton, Oxford. It-tokk tas-siegħa jindaqq fuq Dunstan il-Kbira, l-ikbar qanpiena f'Kent twila 62 cwt twal 2 qr 9 lb (7,009 libbra jew 3,179 kilogramma), li tindaqq ukoll il-Ħadd filgħodu għall-Quddiesa ta' Filgħodu.
Fl-1316 il-Pirjol Enriku ta' Eastry ta qanpiena kbira ddedikata lil San Tumas, li kienet tiżen 71+1⁄2 cwt (3,630 kilogramma). Iktar 'il quddiem, fl-1343, il-Pirjol Hathbrand ta qniepen iddedikati lil Ġesù u lil San Dunstan. F'dan iż-żmien, il-qniepen fil-kampnar reġgħu ddendlu f'posthom u l-ismijiet tagħhom ġew irreġistrati bħala "Ġesù", "Dunstan", "Marija", "Crundale", "Elphy" (Ælfheah) u "Thomas". Fit-terremot tal-Istretti ta' Dover tal-1382, il-kampnar waqa', u l-ewwel tliet qniepen inqerdu. Wara r-rikostruzzjoni tiegħu, it-tliet qniepen l-oħra reġgħu ddendlu flimkien mat-tnejn l-oħra (li ma hemm l-ebda dokumentazzjoni dwarhom rigward meta ġew prodotti.
L-eqdem qanpiena fil-katidral hija l-Qanpiena Harry (bejn wieħed u ieħor 8 cwt twal (900 libbra jew 400 kilogramma)), li hija mdendla ġo gaġġa fil-quċċata tat-torri ċentrali li ġabet isimha minnha. Din il-qanpiena ġiet fonduta minn Joseph Hatch fl-1635, u tindaqq fit-8 ta' filgħodu u fid-9 ta' filgħaxija kujum biex jitħabbar il-ftuħ u l-għeluq tal-katidral, u okkażjonalment għas-servizzi bħala qanpiena mqaddsa.
Il-katidral għandu l-kustodja wkoll tal-qanpiena tal-HMS Canterbury, bastiment tal-Ewwel Gwerra Dinjija, imdendla fil-Kappella ta' Buffs fit-transett tal-Lbiċ.
Librerija
Il-librerija tal-katidral għandha kollezzjoni ta' madwar 30,000 ktieb u fuljett li ġew stampati qabel is-seklu 20, u ta' madwar 20,000 ktieb u sensiela li ġew stampati wara. Ħafna mill-kotba bikrin ġew akkwistati bħala parti mill-kollezzjonijiet mogħtija bħala donazzjoni. Għandha ħafna kotba dwar l-istorja tal-knisja, it-teoloġija antika, l-istorja Brittanika (inkluż l-istorja lokali), l-ivvjaġġar, ix-xjenza u l-mediċina, u l-moviment ta' kontra l-jasar. Il-kollezzjoni tal-librerija hija inkluża fil-katalgu online tal-librerija tal-Università ta' Kent.
F'Lulju 2018, il-katidral xtara f'irkant il-Bibbja Medjevali ta' Trussel għal £100,000. Din il-Bibbja, li sussegwentement bdiet tissejjaħ il-"Bibbja ta' Lyghfield", f'ġieħ il-patri William Lighfyld, fl-imgħoddi kienet f'Canterbury, u kienet tneħħiet wara x-Xoljiment tal-Monasteri.
Bibljografija
Babington, Margaret (1955), The Romance of Canterbury Cathedral, Raphael Tuck.
Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden and Boston: Brill.
Collinson, Patrick; Ramsay, Nigel; Sparks, Margaret, eds. (2002) [1995], A History of Canterbury Cathedral (revised ed.), Oxford University Press, ISBN 019820051X.
Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House.
Farmer, David Hugh (1992), The Oxford Dictionary of Saints (3rd ed.), Oxford University Press, ISBN 0192830694.
Iremonger, F. A. (1948), William Temple, Archbishop of Canterbury – his life and letters, Oxford University Press.
Purcell, William (1969), Fisher of Lambeth: a portrait from life, Hodder and Stoughton, ISBN 0340029382.
Stahlschmidt, J. C. L. (1887), The Church Bells of Kent: Their Inscriptions, Founders, Uses and Traditions, Elliot Stock, OCLC 12772194.
Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman.
Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), London: George Bel.
Iktar qari
Butler, John (2011), The Red Dean of Canterbury: the Public and Private Faces of Hewlett Johnson, Scala Publishing, ISBN 1857597362.
Best, Nicholas (2019), Bell Harry, Endeavour Media.
Foyle, Jonathan (2013), The Architecture of Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857597011.
Guy, John (2012), Thomas Becket: Warrior, Priest, Rebel, Random House, ISBN 1400069076.
Keates, Jonathan & Hornak, Angelo (2013), Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857590272.
Michael, M. A. (2004), The Stained Glass of Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857593655.
Newman, John (2013), Pevsner's Buildings of England, Kent: North and North East, New Haven: Yale University Press, ISBN 978-0300185065.
Rudolph, Conrad, "The Parabolic Discourse Window and the Canterbury Roll: Social Change and the Assertion of Elite Status at Canterbury Cathedral," Oxford Art Journal 38 (2015) 1–19.
Sparks, Margaret (2007), Canterbury Cathedral Precincts: an historical survey, Canterbury: Dean & Chapter of Canterbury, ISBN 978-0950139203.
Sparks, Margaret & Brayshaw, Karen (2011) The Library of Canterbury Cathedral. Canterbury: Friends of Canterbury Cathedral, ISBN 978-0-906211-63-2.
Weaver, Jeffrey (2013) The Ancestors of Christ Windows at Canterbury Cathedral. Los Angeles: Getty Publications, ISBN 978-1-60606-146-6.
Withers, Hartley (1908) [1896]. The Cathedral Church of Canterbury: A Description of Its Fabric and a Brief History of the Archiepiscopal See. Bell.
Woolnoth, William (1816). A graphical illustration of the metropolitan cathedral church of Canterbury: accompanied by a history and description ... of that venerable fabric ... Also comprising biographical sketches of the lives of the archbishops, and deans of Canterbury; and historical notices of the celebrated Convent of Christchurch ... T. Cadell and W. Davies.
^Thomas Allen, Thomas Wright The History and Antiquities of London, Westminster, Southwark and Parts Adjacent Vol 3,1839, publisher George Virtue, Londra, pp 447–450.
^Labadi, Sophia (2013). UNESCO, Cultural Heritage, and Outstanding Universal Value: Value-based Analyses of the World Heritage and Intangible Cultural Heritage Conventions. Rowman & Littlefield. p. 170. ISBN 978-0-7591-2256-7.
^Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman.
^"British Museum - Term details". web.archive.org. 2014-04-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-14. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^"Emma of Normandy, who was she?". web.archive.org. 2022-02-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-12. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^Farmer, David Hugh (1992), The Oxford Dictionary of Saints (3rd ed.), Oxford University Press, ISBN 0192830694.
^Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, Londra: Phoenix House.
^Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House, pp. 13-14.
^English Romanesque Art 1066–1200. Catalogue of an Exhibition held at the Hayward Gallery, London, 5 April-8 July 1984. Londra: Arts Council of Great Britain. 1984. pp. 33–34.
^Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House, p. 23.
^Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 14.
^Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 71.
^Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 79.
^ abCook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, Londra: Phoenix House, pp. 22-23.
^Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, pp. 88-89.
^Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, p. 8.
^Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden and Boston: Brill, pp. 407-409.
^Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 408.
^Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 424.
^Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 425.
^Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, p. 13.
← 1996 • • 2004 → Elecciones municipales de Rancagua de 2000Alcalde y concejales para el período 2000-2004 Fecha Domingo 29 de octubre de 2000 Tipo Municipal Cargos a elegir 1 alcalde7 concejales Demografía electoral Votantes 98 676 Votos válidos 87 543 Votos en blanco 3044 Votos nulos 8089 Resultados Pedro Hernández Garrido – RN Alianza por Chile Votos 26 094 29.81 % Darío Valenzuela Van Treek...
This article is about the song from the 2013 film Her. For other uses, see Moon Song. 2014 single by various artistsThe Moon SongSingle by various artistsReleasedFebruary 11, 2014LabelWaterTowerSongwriter(s) Karen Orzolek Spike Jonze Producer(s) Karen Orzolek Spike Jonze The Moon Song is a song from the 2013 feature film Her, with music composed by Karen Orzolek (Karen O) and lyrics by Orzolek and Spike Jonze. Performed by O during the film's end credits, the song was also performed by the fi...
American soccer player Kyle Duncan Duncan with the New York Red Bulls in 2018Personal informationFull name Kyle Barri Duncan[1]Date of birth (1997-08-08) August 8, 1997 (age 26)Place of birth Brooklyn, New York, United StatesHeight 5 ft 10 in (1.78 m)[2]Position(s) Right-backTeam informationCurrent team New York Red Bulls(on loan from Oostende)Number 6Youth career New York Red BullsSenior career*Years Team Apps (Gls)2015–2016 Valenciennes II 3 (0)2016–2...
Jack Williamson John Stuart „Jack“ Williamson (* 29. April 1908 in Bisbee, Arizona Territory; † 10. November 2006 Portales, New Mexico) war ein US-amerikanischer Science-Fiction-, Fantasy- und Horror-Autor. Inhaltsverzeichnis 1 Leben 2 Auszeichnungen 3 Bibliografie 3.1 Serien 3.2 Einzelromane 3.3 Sammlungen 3.4 Kurzgeschichten 3.5 Sachliteratur 3.6 Herausgeber 4 Literatur 5 Weblinks Leben Williamson verbrachte seine Kindheit auf einer Farm im westlichen Texas. 1915 zog die Familie mit i...
Spiral that surrounds equal area per turn Fermat's spiral: a>0, one branch r = + a φ {\displaystyle r=+a{\sqrt {\varphi }}} Fermat's spiral, both branches A Fermat's spiral or parabolic spiral is a plane curve with the property that the area between any two consecutive full turns around the spiral is invariant. As a result, the distance between turns grows in inverse proportion to their distance from the spiral center, contrasting with the Archimedean spiral (for which this distance...
Defunct flying squadron of the Royal Air Force No. 130 (Punjab) Squadron RAFSquadron badgeActive1 Mar 1918 – 4 July 191816 June 1941 – 13 February 19445 April 1944 – 31 January 19471 August 1953 – 31 May 19571 December 1959 – 23 August 1963Country United KingdomBranch Royal Air ForceNickname(s)PunjabMotto(s)Strong to serveInsigniaSquadron Badge heraldryAn elephant's head couped. Elephants are formidable opponents and are associated with the Punjab.IdentificationsymbolPJ 1941 - Feb 1...
Cet article est une ébauche concernant un centre commercial et la Seine-Maritime. Vous pouvez partager vos connaissances en l’améliorant (comment ?) selon les recommandations des projets correspondants. Si ce bandeau n'est plus pertinent, retirez-le. Cliquez ici pour en savoir plus. Cet article ne cite pas suffisamment ses sources (février 2011). Si vous disposez d'ouvrages ou d'articles de référence ou si vous connaissez des sites web de qualité traitant du thème abordé ici, m...
У этого термина существуют и другие значения, см. HMS Resolution. «Резолюшн» HMS Resolution Служба Великобритания Класс и тип судна шлюп, бывший угольщик Тип парусного вооружения трёхмачтовый корабль Организация Королевский флот Изготовитель Fishburn, Whitby Спущен на воду 1770 Выведе...
1947 film by Hans Richter Dreams That Money Can BuyDVD coverDirected byHans RichterWritten byJosh WhiteMan Ray (uncredited:Ruth Roses and Revolvers) Hans Rehfisch Hans Richter David VernProduced byKenneth MacphersonHans RichterStarringJack BittnerLibby HolmanJosh WhiteCinematographyWerner Brandes Arnold S. EaglePeter GlushanokMeyerRosenblum Herman ShulmanVictor VicasMusic byLouis Applebaum (Narcissus)Paul Bowles (Desire and Ballet)John Cage (Discs)David Diamond (Circus)Darius Milhaud (Ruth, R...
2023 video game This article needs a plot summary. Please add one in your own words. (August 2023) (Learn how and when to remove this template message) 2023 video gameStreet Fighter 6Cover art featuring LukeDeveloper(s)CapcomPublisher(s)CapcomTaito (Arcade)Director(s)Takayuki NakayamaProducer(s)Kazuhiro TsuchiyaShuhei MatsumotoKansuke SakuraiDesigner(s)Mitsugu AshidaProgrammer(s)Keiji SakamotoArtist(s)Kaname FujiokaComposer(s)Yoshiya TerayamaShigeyuki KamedaYasumasa KitagawaTom FoxMarshall Sm...
Coffeehouse in Manhattan, New York Tontine Coffee HouseA 1797 painting by Francis Guy. The building with the American flag is the Tontine Coffee House. Diagonally opposite (southeast corner, extreme right)[1] is the Merchant's Coffee House, where the stockbrokers of the Buttonwood Agreement and others traded before the construction of the Tontine. On the right is Wall Street, leading down to the East River.General informationOpened1793Demolished1855 The Tontine Coffee House was a coff...
Cet article concerne les fromages du monde portant l'appellation générique « camembert ». Pour le fromage français portant l'appellation d'origine protégée « camembert de Normandie », voir Camembert de Normandie. Pour les autres significations, voir Camembert. CamembertPays d’origine FranceRégion CamembertLait vache majoritairementPâte molle à croûte fleurieAppellation non protégée et génériquemodifier - modifier le code - modifier Wikidata Camembert...
American reality television series Gene Simmons Family JewelsGenreBiographyCreated byGene SimmonsLeslie GreifAdam ReedStarringGene SimmonsShannon TweedNick SimmonsSophie SimmonsCountry of originUnited StatesOriginal languageEnglishNo. of seasons7No. of episodes160ProductionRunning time23–46 minutesOriginal releaseNetworkA&EReleaseAugust 7, 2006 (2006-08-07) –July 14, 2012 (2012-07-14) Gene Simmons Family Jewels is an American reality television series that premiered on ...
Суд над главными нацистскими преступниками в Нюрнберге Ню́рнбергские при́нципы (англ. Nuremberg principles, полное название Принципы международного права, признанные статутом Нюрнбергского трибунала и нашедшие выражение в решении этого Трибунала) — представляют свод осново...
Emblem of the National Socialist Schoolchildren's League (NSS) The National Socialist Schoolchildren's League (Nationalsozialistischer Schülerbund), known under the acronyms NSS and more rarely NSSB, was a Nazi Party organisation for primary school pupils providing a student council and child protection system in Germany from 1929 to 1933. History The league began roughly around 1927 as the Hitler Jugend-Schülergruppen. It was established as the Nationalsozialistischer Schülerbund by Adria...
Aseptik Z.Hrastnik Aseptik berarti bebas dari infeksi.[1] Aseptik adalah keadaan bebas dari mikroorganisme penyebab penyakit.[2] Teknik aseptik/asepsis adalah segala upaya yang dilakukan untuk mencegah masuknya mikroorganisme ke dalam tubuh yang kemungkinan besar akan mengakibatkan infeksi.[2] Tindakan asepsis ini bertujuan untuk mengurangi atau menghilangkan mikroorganisme yang terdapat pada permukaan benda hidup atau benda mati.[2] Tindakan ini meliputi antis...
Destacamento de Inteligencia 101País ArgentinaRama/s EjércitoTipo Unidad de inteligenciaParte de I Cuerpo de EjércitoAcuartelamiento La PlataGuerras y batallas Operativo Independencia[editar datos en Wikidata] Ingreso principal del Destacamento de Inteligencia 101, hoy sede del Archivo Provincial de la Memoria. Modelado del centro clandestino de detención: «La Cacha», operado por el Destacamento de Inteligencia 101. El Destacamento de Inteligencia 101 (Dest Icia 101) fue una u...
此條目可能包含不适用或被曲解的引用资料,部分内容的准确性无法被证實。 (2013年5月3日)请协助校核其中的错误以改善这篇条目。详情请参见条目的讨论页。 養魚大亨Fish Tycoon类型經營模擬遊戲平台Microsoft Windows 开发商Last Day of Work发行商大鱼游戏 模式单人电子游戏 发行日2004年5月3日 《養魚大亨》(又稱《熱帶魚大亨》[1],英文:Fish Tycoon),是由Las...
gtk3-demo — программа для демонстрации элементов интерфейса GTK+. Кроссплатформенный редактор элементов интерфейса Qt designer Элеме́нт интерфе́йса — примитив графического интерфейса пользователя, имеющий стандартный внешний вид и выполняющий стандартные действия. Други...
Centre/center Oh, not at all. Chilling out certainly has its place, but we must all remain vigilant about our precious spelling. As you correctly pointed out, there's no such thing as a center in Australia, but we have to deal with the fact that our article on performing arts centres is spelled in the American way (and it would be silly to have separate articles for performing arts centres and performing arts centers). It's easily addressed, fortunately. Cheers. -- JackofOz (talk) 20:47, 1 J...