"Fergħa ta' l-għerf li jimxi fuq il-metodu xjentifiku jew prinċipji oġġettivi bl-osservazzjoni sistematika u esperimentar b'fenomeni. Tittratta l-aktar dwar il-materja u l-funzjonijiet ta' l-univers fiżiku".
Il-kelma "xjenza" mnissla mil-Latin "scientia", tfisser għarfien. Sa mill-Illuminiżmu din il-kelma kienet tfisser kwalunkwe sistematika jew rekordjar preċiż tal-għarfien. Huwa għalhekk li x-xjenza dak iż-żmien kellha l-istess tifsir tal-filosofija, fis-sens wiesa' tal-kelma. Kien hemm distinzjoni bejn ix-xjenzi naturali u x-xjenzi morali. Din tal-aħħar ix-xjenza ġiet ridotta għax-xjenzi naturali biss.
L-oqsma ta' studju kemm il-darba jinqasmu fix-xjenzi hekk imsejħa tqal u fix-xjenzi l-ħfief. Dawn iż-żewġ termini (li mhux dejjem huma kondiviżi minn kulħadd) huma ħafna drabi sinonimi tax-xjenzi naturali u tax-xjenzi soċjali, rispettivament. Il-Fiżika, il-Kimika, il-Bijoloġija u l-Ġeoloġija huma lkoll xjenzi tqal. Fost ix-xjenzi l-ħfief hemm l-Antropoloġija, l-iStorja, il-Psikoloġija u s-Soċjoloġija.