Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Grupp B tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp sar bejn l-10 ta' Ġunju 2006 u l-20 ta' Ġunju. L-Ingilterra rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mal-Iżvezja. Il-Paragwaj u d-debuttanti tat-Trinidad u Tobago naqsu li javanzaw.
Fl-ewwel partita, is-selezzjoni Ingliża rebħet lill-Paragwaj minn free kick dirett ta' David Beckham li ħabat ma' Carlos Gamarra. Minkejja li dan il-gowl ġie skurjat kmieni fil-partita, matul din il-partita ftit ġraw azzjonijiet denji ta' nota hekk kif l-Ingilterra żammew lill-Paragwaj, fejn dawn tal-aħħar naqqsu li jdawwru r-riżultat, f'logħba medjokri. Sussegwentament, l-Iżvezja spiċċaw pari ta' mingħajr gowls mad-debuttanti tat-Trinidad u Tobago. It-tim Ewropew għamel sforz qawwi biex jiskorja, imma l-forma tajba tal-gowlkiper Shaka Hislop ippermettiet biex tati dan l-ewwel punt lil din l-iskwadra nazzjonali fl-ewwel parteċipazzjoni f'kampjonat mondjali.
L-Ingilterra, fil-logħba ta' wara, affaċċjaw lis-selezzjoni mill-Karibew, fejn id-difiża tagħhom reġgħet wettqet prestazzjoni tajba. Madanakollu, Peter Crouch u Steven Gerrard qabel tmiem il-partita, skurjaw il-gowls tar-rebħa, fejn b'hekk kisbu l-kwalifikazzjoni. Fil-partita l-oħra, bejn l-Iżvezja u l-Paragwaj, iż-żewġ timijiet għal darb'oħra wettqu l-istess żbalji tal-partita li kellhom qabel. Meta deher li l-partita kienet se tispiċċa f'pari, Fredrik Ljungberg skorja l-gowl tar-rebħa għat-tim tiegħu fid-89 minuta, biex b'hekk elimina mill-kampjonat lill-Paragwaj.
Fl-aħħar logħba tal-fażi tal-gruppi, l-Ingilterra affaċċjat lill-Iżvezja waqt li fl-istess ħin it-Trinidad u Tobago pruvaw jiksbu pożizzjoni tajba biex jispiċċaw l-avventura tagħhom fuq nota pożittiva kontra l-Paragwaj. Is-Sud-Amerikani, però, irnexxielhom jiksbu rebħa li b'hekk tathom l-ewwel punti f'din l-edizzjoni, wara rebħa ta' 2–0 kontra t-tim mill-Karibew. Il-partita l-oħra kienet waħda deċiżiva għall-ewwel post tal-grupp. L-Ingilterra marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Joe Cole, imma ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima Marcus Allbäck (li kien daħal f'post Zlatan Ibrahimović li kien weġġa') kiseb il-pari, fejn dan kien l-2,000 gowl fl-istorja tal-kampjonat. Ħames minuti mit-tmiem, Steven Gerrard reġa' ta l-vantaġġ lill-Ingilterra, però Henrik Larsson reġa' ġieb kollox indaqs.
Plejer tal-Partita: Frank Lampard Assistenti: Jose Luis Camargo Leonel Leal Ir-Raba' uffiċċjal: Coffi Codjia Il-Ħames uffiċċjal: Brahim Djezzar
Plejer tal-Partita: Dwight Yorke Assistenti: Prachya Permpanich Eisa Gholoum Ir-Raba' uffiċċjal: Oscar Ruiz Il-Ħames uffiċċjal: Fernando Tamayo
Plejer tal-Partita: David Beckham Assistenti: Yoshikazu Hiroshima Kim Dae Young Ir-Raba' uffiċċjal: Kevin Stott Il-Ħames uffiċċjal: Chris Strickland
Plejer tal-Partita: Fredrik Ljungberg Assistenti: Roman Slysko Martin Balko Ir-Raba' uffiċċjal: Jerome Damon Il-Ħames uffiċċjal: Enock Molefe
Plejer tal-Partita: Joe Cole Assistenti: Francesco Buragina Matthias Arnet Ir-Raba' uffiċċjal: Khalil Al Ghamdi Il-Ħames uffiċċjal: Fathi Arabati
Plejer tal-Partita: Julio Dos Santos Assistenti: Cristiano Copelli Alessandro Stagnelli Ir-Raba' uffiċċjal: Frank de Bleckeere Il-Ħames uffiċċjal: Peter Hermans