It-tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand huwa r-rappreżentant tal-futbol tal-pajjiż ta' New Zealand u hu kkontrollat min-New Zealand Football.
L-uniformi bajdanija tat-tim hi ispirata minn dik tal-Ingilterra u hi l-kontra ta' dik milbusa mit-tim nazzjonali tar-rugby (l-All Blacks). B'hekk, it-tim jiġi misjub ukoll taħt il-laqam All Whites.
L-istorja ta' New Zealand tinvolvi żewġ parteċipazzjonijiet fit-Tazza tad-Dinja: waħda fl-edizzjoni tal-1982 li saret ġewwa Spanja, fejn kienet tilfet it-tliet partiti kollha, u dik fl-Afrika t'Isfel fl-2010 fejn ħarġet eliminata mill-ewwel fażi mingħajr telfa.
It-tim ta' New Zealand ġie sfidat għal bosta drabi mill-Awstralja fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi, il-kampjonat internazzjonali li jintlagħab bejn it-timijiet nazzjonali li jappartjenu għaż-żona tal-Oċeanja. L-All Whites rebħu erba' darbiet din il-kompetizzjonI: fl-1973, fl-1998, fl-2002 u l-aħħar waħda fl-2008. Fl-aħħar edizzjoni mirbuħa minn dan it-tim huma ma sabu l-ebda rivalità kompetenti, hekk kif fl-1 ta' Jannar 2006 l-Awstralja, rivali kbira fi żmien tagħha fil-konfederazzjoni Oċeanika, issiebħet mal-konfederazzjoni tal-futbol Ażjatika.
Minħabba l-livell baxx tal-kampjonat lokali, il-futbolers ta' New Zealand ta' ċertu kalibru jilgħabu fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja.
Żvilupp
Minkejja li huwa sport diffuż sewwa ġewwa l-pajjiż, il-futbol fi New Zealand ibati sabiex jikkompeti ma' sports oħra bħar-rugby u l-krikit, li barra li għandhom ċertu popolarità dawn igawdu minn iktar finanzi u wkoll kopertura estensiva min-naħa tal-istampa.
Il-kampjonat lokali huwa ta' livell semiprofessjonali u l-iktar tim importanti li huwa minn New Zealand, Wellington Phoenix FC, jilgħab fl-A-League Awstraljan.
L-iktar plejers rinomati minn dan it-tim jinkludu lill-kaptan Ryan Nelsen, difensur ta' Blackburn Rovers, u Chris Killen, attakkant mat-tim ta' Middlesbrough. Plejers oħra interessanti qegħdin jagħmlu isem għalihom barra minn pajjiżhom, fosthom l-eks-midfilder ta' Fulham Chris James, li fil-preżent jilgħab ma' Barnet.
Tazza tad-Dinja
1982
New Zealand ikkwalifika għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1982. It-tim ta' New Zealand, wara li rebaħ il-fażi ta' kwalifika tal-Oċeanja wara lagħab turnew ta' ħames timijiet kontra timijiet mill-Asja. Dan irriżulta fiċ-Ċina u New Zealand jaffrontaw f'logħba ta' spareġġ, bit-tim tal-aħħar jiggwadanja l-aħħar post disponibbli.
Ġewwa Spanja, New Zealand lagħbet tliet logħbiet kontra l-Iskozja, l-Unjoni Sovjetika u l-Brażil. Hi tilfet il-logħbiet kollha, bir-riżultati ta' 2–5, 0–3, u 0–4 rispettivament. Steve Sumner u Steve Woodin skorjaw l-uniċi gowls ta' New Zealand fl-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
2010
Nhar l-14 ta' Novembru 2009 irnexxielha ssib post fit-Tazza tad-Dinja 2010, wara li fil-partita ta' spareġġ kontra l-Baħrejn, rappreżentazzjoni mill-Asja, reħbet bl-iskor ta' 1–0 grazzi għal gowl mill-attakkant ta' Plymouth Rory Fallon.
Fil-15 ta' Ġunju 2010, fid-debutt tagħhom fit-Tazza tad-Dinja Sud-Afrikana kontra s-Slovakkja, l-All Whites għamlu l-istorja tagħhom meta kisbu l-ewwel punt fil-fażi finali ta' dan il-kampjonat dinji. Infatti, l-ewwel partita ntemmet 1–1 grazzi għall-gowl fit-93 minuta ta' Winston Reid. Fl-20 ta' Ġunju, fit-tieni logħba mill-grupp, in-New Zealand irnexxielhom jerġgħu jisirqu punt ieħor fil-konfront kontra ċ-ċampjins attwali, l-Italja, fejn saħansitra kienu marru fil-vantaġġ grazzi għall-gowl ta' Smeltz, qabel ma bagħad it-Taljani ffissaw l-iskor fuq 1–1. Fl-aħħar ġurnata ta' logħob mill-ewwel rawnd, il-pari ta' mingħajr gowls kontra l-Paragwaj ħalla lil New Zealand barra mill-kompetizzjoni, però ħarġu mhux megħluba. Huma għalqu t-tieni dehra tagħhom bit-tielet post, quddiem l-Italja.
Storja tal-kompetizzjonijiet
Tazza tad-Dinja
Tazza tal-Konfederazzjonijiet
- 1992: Ma kkwalifikax
- 1995: Ma kkwalifikax
- 1997: Ma kkwalifikax
- 1999: L-Ewwel Rawnd
- 2001: Ma kkwalifikax
- 2003: L-Ewwel Rawnd
- 2005: Ma kkwalifikax
- 2009: L-Ewwel Rawnd
Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi
Plejers
Skwadra attwali
Ħoloq esterni