Tazza tad-Dinja VIVA

Tazza tad-Dinja VIVA
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Tazza tad-Dinja VIVA 2009
Sport Futbol
Fundazzjoni 2006
Sit elettroniku vivaworldcup.info

It-Tazza tad-Dinja VIVA hi kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol kkontestata minn timijiet nazzjonali li mhumiex membri tal-FIFA. Dan il-kampjonat isir kull sentejn u hu mmexxi mill-NF-Board.

Ħarsa lejn il-kampjonat

Ftuħ tal-kampjonat

F'April 2005, l-NF-Board ħabbret li r-Repubblika Torka ta' Ċipru ta' Fuq kienet magħżula biex tospita l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja VIVA, wara li kienet ospitat b'suċċess kampjonat biex jiċċelebra l-50 sena anniversarju mill-fundazzjoni tal-federazzjoni tal-futbol. Il-federazzjoni xtaqet li sittax-il tim jieħdu sehem minn fost in-nazzjonijiet membri.

Kontroversja

Fir-rebbiegħa tal-2005, gvern ġdid ġie elett fir-Repubblika Torka ta' Ċipru ta' Fuq, li kien entużjast li jiżviluppa r-relazzjonijiet ma' nazzjonijiet oħra. L-NF-Board saħqet li l-gvern ta' Ferdi Sabit Soyer insista liema pajjiżi jistgħu jieħdu sehem u dawk li ma jistgħux biex jevita argumenti politiċi potenzjali. Il-KTFF, kif inhi magħrufa l-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż rispettiv, min-naħa tagħha saħqet li l-NF-Board għamlet domandi finanzjarji mhux raġunevoli.[1]

Ir-riżultat ta' dan kollu kien li l-NF-Board iddeċidiet li tagħti d-dritt biex tospita l-ewwel edizzjoni lill-Oksitanja. Bħala risposta, il-KTFF ħabbret li huma kienu se jospitaw kampjonat għalihom, l-ELF Cup, li kienet se tkun skedata fl-istess perjodu bħat-Tazza tad-Dinja VIVA. Xi membri tal-NF-Board aċċettaw l-invit biex jieħdu sehem f'din it-Tazza.

Oksitanja 2006

L-Oksitanja ħabbret li l-kampjonat se jkun xorta ospitat bejn id-19 u l-25 ta' Novembru 2006, bil-logħob jintlagħbu f'Hyères les Palmiers, qrib Tolon. In-numru ta' parteċipanti kien imnaqqas għal tmienja, bħala antiċipazzjoni għall-ELF Cup – li qablet li tħallas l-ispejjeż – li kienet se tieħu membri tal-NF-Board mit-Tazza tad-Dinja VIVA. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' kompetituri approprjati kien ifisser li l-kampjonat kien se jinkludi sitt timijiet: Monako, Romani, Sapmi, Kamerun t'Isfel, Papwa tal-Punent, u l-ospiti.

Madanakollu, minħabba li Papwa tal-Punent u l-Kamerun t'Isfel naqsu li jattendu għall-Assemblea Ġenerali tal-NF-Board f'Settembru 2006, u wkoll minħabba problemi loġistiċi,[2] tefgħu dawl ta' dubju fuq il-kampjonat li deher li kien se jkompli bi tliet timijiet biss. Fortunatament, il-Kamerun t'Isfel setgħu jaqblu biex jibagħtu t-tim tagħhom, u erba' timijiet – minn tnax-il tim li kienu maħsuba li jikkompetu – kienu se jipparteċipaw għar-rebħ tat-titlu.

Xorta kien għad problemi għall-organizzaturi meta l-Kamerun t'Isfel ma setgħux jipparteċipaw minħabba problemi tal-Visa, fejn irriżulta li l-partiti kollha tagħhom kienu rtirati.

Sa l-aħħar tal-ġimgħa, Sapmi kisbu l-ewwel titlu tal-ewwel edizzjoni, fejn skurjaw total ta' 42 gowl fit-tliet partiti tagħhom.

Sapmi 2008

It-tieni edizzjoni tal-Tazza tad-Dinja VIVA ntlagħabet fil-belt Żvediża ta' Gällivare f'Sapmi bejn is-7 u t-13 ta' Lulju, 2008. Tnax-il tim urew interess li jipparteċipaw fit-turnew tal-irġiel, waqt li tnejn fit-turnew tan-nisa. Madanakollu ħamsa biss ħadu sehem u t-tim li ħareġ rebbieħ kien il-Padanja fuq l-Aramej u l-ospiti tal-kompetizzjoni. Fil-kampjonat tan-nisa, b'żewġ timijiet, ir-rebbieħ kien l-ospitu, Sapmi.

Riżultati

Sena Ospitu Finali Tielet post
Rebbieħ Skor Finalista tellief Tielet post Skor Raba' post
2006
Dettalji
 Oksitanja
Sapmi
21–1
Monako

Oksitanja
irtirata
Kamerun t'Isfel
2008
Dettalji
 Sapmi
Padanja
2–0
Aramea

Sapmi
3–1
Kurdistan Iraqin

Statistika

Rebbieħa

Tim Titli Finalista telliefa Tielet post Raba' post
 Sapmi 1 (2006) - 1 (2008) -
 Padanja 1 (2008) - - -
 Monako - 1 (2006) - -
 Aramea Aramea - 2 (2008) - -
 Oksitanja Oksitanja - - 1 (2006) -
 Kurdistan Iraqin Kurdistan - - 1 (2008) -
 Kamerun t'Isfel Kamerun t'Isfel - - - 1 (2006)

Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti

Sena Nazzjon ospitu Fażi
2006  Oksitanja Tielet post
2008  Sapmi Tielet post

Trofew

Impressjoni tal-artista tat-Trofew Nelson Mandela

It-Trofew Tazza tad-Dinja VIVA kien iddiżinjat mill-iskultur Franċiż Gérard Pigault, u hu msemmi t-Trofew Nelson Mandela, bħala unur għall-president veteran Sud-Afrikan.[3]

Ara wkoll

Referenzi

  1. ^ Menary, Steve (Ottubru 2006). "Worlds apart" (bl-Ingliż). World Soccer Magazine: 105. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  2. ^ "The VIVA World Cup remains in question!" . Sit uffiċjali tal-Associacion Occitana de Fotbòl. Miġbur 2006-10-30.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  3. ^ "NF-Board Opens Registrations for the 1st Viva World Cup in Northern Cyprus" (bl-Ingliż). 2005-01-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-16. Miġbur 2008-08-17.

Ħoloq esterni

Strategi Solo vs Squad di Free Fire: Cara Menang Mudah!