It-tabella tal-midalji tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008 hi lista tal-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali pożizzjonati skont in-numru ta' midalji mirbuħa mill-atleti tagħhom matul il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008, li saru f'Bejġing, il-belt kapitali taċ-Ċina, mit-8 sal-24 ta' Awwissu2008. Madwar 11,028 atleta minn 204 KON ipparteċipaw fi 302 avvenimenti minn 28 dixxiplina.
Atleti minn 87 pajjiż rebħu l-midalji, u 55 minn dawn rebħu tal-anqas waħda deheb, u dawn iż-żewġ kategoriji agħmlu rekords ġodda. Iċ-Ċina rebħet l-aktar numru ta' midalji tad-deheb (51) għall-ewwel darba. L-iStati Uniti rebħu l-aktar midalji (110). L-Afganistan, il-Baħrejn, il-Mawrizji, is-Sudan, it-Taġikistan u t-Togo rebħu l-ewwel midalji Olimpiċi. Il-Baħrejn, il-Mongolja (li qabel kienet iżżomm ir-rekord għall-aktar midalji mingħajr deheb) u l-Panama rebħu l-ewwel midalji tad-deheb. Is-Serbja rebħet l-ewwel midalja bħala KON indipendenti, wara li qabel kienet ipparteċipat bħala parti tal-Jugożlavja u s-Serbja u Montenegro.
Tabella tal-midalji
Pajjiż ospitu (Ċina)
Biex tirranġa t-tabella skont il-pajjiż, in-numru ta' midalji, jew kwalunkwe kolonna oħra, agħfas fuq din l-ikona qrib it-titlu tal-kolonna.