Malta fil-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar

Malta ilha tieħu sehem fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal sa mill-ewwel edizzjoni tal-2003. Minn dakinhar, Malta baqgħet tibgħat ir-rapreżentanti tagħha mingħajr l-ebda waqfien.

Ir-rapreżentant Malti jingħażel kull sena permezz tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurosong tat-Tfal, organiżat mill-PBS.

L-aqwa post li kisbet Malta f'din il-kompetizzjoni kien fl-2008, meta Daniel Testa ġie fir-raba' post, filwaqt li l-agħar pożizzjoni waslet fl-2005 meta Thea & Friends spiċċaw fl-aħħar post.

Kontestanti

Sena Kantant/i Isem tal-Kanzunetta Post fil-Klassifika Punti
2003 Sarah Harrison "Like a Star" 7 56
2004 Young Talent Team "Power of a Song" 12 14
2005 Thea & Friends "Make It Right" 16 18
2006 Sophie Debattista "Extra Cute" 11 48
2007 Cute "Music" 12 37
2008 Daniel Testa "Junior Swing" 4 100
2009 Francesca u Mikaela "Double Trouble" 8 55

Votazzjonijiet

Malta tat l-aktar numru ta' punti lil:

Post Pajjiż Punti
1 Bjelorussja Belarus 49
2 Netherlands Olanda 30
3 Belġju Belġju 28
= Ġeorġja Ġeorġja 28
4 Russja Russja 26
= Spanja Spanja 24

Malta irċeviet l-aktar numru ta' punti minn:

Post Pajjiż Punti
1 Netherlands Olanda 25
2 Maċedonja ta' Fuq Maċedonja 22
3 Belġju Belġju 19
= Danimarka Danimarka 19
5 Rumanija Rumanija 18

Gallerija

Strategi Solo vs Squad di Free Fire: Cara Menang Mudah!