L-istaġun 1888–89 tal-Football League kien l-ewwel kampjonat tal-futbol Ingliż, li sar bejn it-8 ta' Settembru 1888 u l-5 ta' Jannar 1889.
It-tnax-il membru oriġinali ta' din l-għaqda qablu li jilgħabu tnejn u għoxrin partita kull wieħed, bl-iskema tal-punti tkun dik ta' żewġ punti għal rebħa u punt għal partita li tispiċċa bl-iskor indaqs. It-tim bl-iktar punti fi tmiem l-istaġun jiġi ddikjarat bħala Ċampjin tal-Ingilterra waqt li t-tim bl-inqas punti kien jiġi infurzat biex jerġa' jiġi elett fil-kampjonat tas-sena ta' wara.
Dan il-kampjonat ra t-trijonf finali ta' Preston North End li rebħu kważi l-partiti kollha tal-kampjonat (tmintax-il rebħa minn 22 partita, u erba' pari) mingħajr ma tilfu darba, fejn għelbu bi ħdax-il punt ta' distakk lit-tieni tim klassifikat, Aston Villa. L-aqwa skorer kien John Goodall, li waqt dan l-istaġun ma' Preston North End, sab ix-xibka għal 21 darba. Stoke City spiċċaw l-aħħar, madanakollu l-applikazzjoni tagħhom biex jerġgħu jidħlu ġiet ammessa.