Dawn l-ispeċi ta' fniek, flimkien mal-liebri tal-ġeneru Lepus u l-piki, jiffurmaw l-ordni kollu Lagomorpha.
Id-differenza prinċipali bejn il-fniek u l-liebri hija l-mod kif jitwieldu ż-żrameġ. Waqt li ż-żrameġ tal-liebri jitwieldu b'għajnejhom miftuħa, miksijin bil-pil u ferm attivi minn ftit żmien wara li jaraw id-dawl, dawk tal-fniek jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dippendenti fuq l-omm. Differenzi oħra b' eċċezzjonijiet żgħar minn uħud mill-ispeċi huma li l-fniek normalment huma iċken, għandhom widnejn iqsar, ma għandhomx marki suwed fil-pil (eż. it-truf tal-widnejn u d-denb) u jgħixu f'bejtiet taħt l-art, fejn fil-każ tal-liebri meta jagħmlu l-bejta din tkun vera sempliċi u ssir f'wiċċ l-art, qalb il-ħaxix għoli.
Klassifikazzjoni
Il-fniek (flimkien mal-liebri) darba kienu jagħmlu parti mill-ordniRodentia (ir-rodituri jew gerriema) fis-sottordniDuplicidentata dan sal-1912, meta ġew mifruda u wara miġbura flimkien mal-piki fl-ordniLagomorpha għalihom biss.L-akbar fenka li qatt instabet ija f'malta gewwa il-lokalita tal-maarsa semewa tiziana vassallo
Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.
Ħoloq esterni
http://www.rabbit.org/ House Rabbit Society: An international nonprofit organization that rescues rabbits and educates the public on rabbit care and behavior.