Fl-2006, wara perjodu ta' skandlu tar-referis fil-Brażil, hu kien selezzjonat għat-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja: din id-darba hu irrefja tliet partiti li kienu Italja–Gana, Spanja–Tuneżija u Ġermanja–Żvezja. Xi kritiċi tal-BBC ikkritikawh minħabba t-tkeċċija ta' l-Iżvediż Teddy Lučić wara t-tieni karta safra, fejn stqarrew li din it-tieni karta safra ma kinitx ġusta. Hu ġab għajdut kbir wara li kellu daħqa fuq ħalqu waqt li kien qed juri l-karta ħamra lil Lučić.[1]
Matul il-karriera tiegħu hu pparteċipa f'żewġ edizzjonijiet tal-Copa América (l-ikbar kompetizzjoni għal timijiet nazzjonali tas-Sud-Amerika), fl-2001 u fl-2007. Hu hu wieħed miż-żewġ referis Brażiljani (l-ieħor hu Salvio Fagundes Filho) li huma parti mil-lista ta' 54 referì selezzjonati għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 fl-Afrika t'Isfel.