Patrick Müller

Patrick Müller
Informazzjoni personali
Twelid17 ta' Diċembru 1976 (1976-12-17) (48 sena)
Ġinevra, Żvizzera
Tul1.82 m
RwolDifensur
Mixtliet
1984–1994Meyrin
1994–1995Servette
Karriera professjonali
SninKlabb
1995–1998Servette
1998–2000Grasshoppers
2000–2004Lyon
2004Mallora
2005–2006Basel
2006–2008Lyon
2008–2010Monaco
Tim nazzjonali
1998–2008Żvizzera

Patrick Müller (twieled fis-17 ta' Diċembru 1976) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru.

Karriera

Klabb

Patrick Müller beda l-karriera tiegħu ma' Meyrin qabel ma ngħaqad ma' Servette. Aktar tard ingħaqad ma' Grasshoppers.

Fis-sena 2000, hu ngħaqad mal-klabb Franċiż ta' Lyon fejn magħhom mal-ewwel sar figura regulari qalb id-difiża tat-tim. Magħhom irnexxielu jirbaħ l-ewwel titlu tal-kampjonat fl-istorja tal-klabb. Fil-finali tal-Coupe de la Ligue 2001 hu skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin barrani kontra AS Monaco, l-ewwel trofew mirbuħ minn OL għal din il-kompetizzjoni. Wara r-rebħ tal-ewwel titlu, Müller u t-tim irrepetew l-istess tragward fl-2003 u l-2004. Fi tmiem il-kuntratt tiegħu, id-difensur Żvizzeru ssieħeb mal-Ispanjoli ta' Mallorca.

Il-perjodu li qatta' mal-klabb ta' Mallorca kien wieħed diżappuntanti fejn naqas li jżomm postu mal-ewwel ħdax, u f'Jannar tal-2005 inxtara minn Basel.[1] Minkejja li magħhom rebaħ il-kampjonat Żvizzeru, żmienu mal-klabb kien imtappan minn uġigħ li kien isofri ta' spiss.

F'Jannar tal-2006, Lyon, li kienu jinsabu fi kriżi fil-qasam difensiv, reġgħu xtraw lil Müller. Magħhom reġa' rebaħ għal tliet darbiet konsekuttivi l-kampjonat, fl-2006, fl-2007 u fl-2008. Waqt li ġie operat f'Diċembru 2007 f'irkopptu l-leminija, hu ma kienx disponibbli għal-logħob u tilef iktar minn sittin logħba. Matul is-suq tat-trasferimenti tal-2008, id-difensur ingħaqad mal-klabb ta' Monaco. Fil-bidu tal-istaġun 2009–10, il-klabb espressa kif il-plejer ma kienx fil-pjanijiet tal-kowċ il-ġdid Guy Lacombe. Kien fi tmiem l-istaġun li ntemmlu l-kuntratt tiegħu u spiċċa mingħajr klabb.

Internazzjonali

Patrick Müller issejjaħ mat-tim nazzjonali Żvizzeru mill-kowċ Gilbert Gress, fejn f'April tal-1998 iddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Irlanda ta' Fuq. Sussegwentament, kien figura regulari matul il-fażijiet ta' kwalifika ta' numru ta' kompetizzjonijiet. Mal-Iżvizzera hu lagħab fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006, u l-kowċ Jakob Kuhn għażlu fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn minkejja l-eliminazzjoni bikrija tat-tim Müller kien wieħed mill-punti pożittivi tat-tim hekk kif lagħab it-tliet partiti.

Referenzi

Ħoloq esterni

Strategi Solo vs Squad di Free Fire: Cara Menang Mudah!