Meknès hi waħda mill-erbat ibliet imperjali tal-Marokk. Kienet il-belt kapitali tas-sultan Mulej Ismagħil mill-1672 sal-1727. Għandha popolazzjoni ta' 550,000 ruħ u hi s-sitt l-ikbar belt tal-pajjiż. Il-Medina ta' Meknès tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Medina ta' Meknès ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]