Liverpool FC

Liverpool FC
Isem sħiħ Liverpool Football Club
Ismijiet oħra The Reds
Fundazzjoni 15 ta' Marzu, 1892
Grawnd Anfield, Liverpool
Proprjetarju Fenway Sports Group (en) Translate
President Stati Uniti Tom Werner
Kowċ Ġermanja Jürgen Klopp
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Liverpool Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż, ibbażat f'Liverpool, Merseyside, u li jilgħab fil-Premier League. Wieħed mill-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol Ingliż, huma rebħu, flimkien ma' Manchester United, total ta' tmintax-il kampjonat, seba' FA Cups u rekord ta' seba' League Cups. Fuq il-kamp Ewropew, Liverpool rebħu ħames Champions Leagues u tliet Tazzi UEFA.

Liverpool ilhom jilagħbu f'Anfield mill-bidu tagħhom fl-1892, u ġie ammess fil-Football League sena wara. Il-partitarji tal-klabb kienu involuti f'żewġ traġedji kbar. L-ewwel kienet id-diżastru ta' Heysel Stadium fl-1985, li wassal għall-mewt ta' 39 partitarju ta' Juventus. Fl-1989, seħħet l-istraġi ta' Hillsborough, fejn rat il-mewt ta' 96 partitarju ta' Liverpool.

Liverpool għandhom rivalità kbira mat-tim ta' Everton, minħabba li dawn iż-żewġ klabbs huma mill-istess belt. Il-partita bejn dawn it-tnejn tkun waħda mistennija u tissejjaħ id-derby ta' Merseyside. Rivalità oħra kbira hi dik ma' Manchester United minħabba dawn it-tnejn huma l-aktar żewġ timijiet b'suċċessi fl-Ingilterra.

Storja

Fundazzjoni

L-istorja ta' Liverpool hi legata mal-avvenimenti ta' Anfield, il-grawnd tal-klabb. Oriġinarjament, il-grawnd kien użat minn Everton, klabb professjonali ieħor ta' Liverpool, li ġie fundat fl-1878 u kien fost il-fundaturi tal-Football League. Meta Everton raw li r-rata tal-kera kienet għolja, huma ddeċidew li jittrasferixxu għal Goodison Park. Meta ra hekk, Jack Houlding li kien joffri kuntratti ta' kera għal dan il-grawnd, iddeċieda li jiffonda klabb ġdid tal-futbol li rreġistrah taħt l-isem ta' Everton FC and Athletic Ground plc, abbrevjat f'Everton Athletic; però l-Kunsill tal-Futbol (il-kap tal-Football League) ma aċċettax l-iskrizzjoni tal-klabb il-ġdid taħt dak l-isem[1][2] u, b'konsegwenza t'hekk, fil-15 ta' Marzu 1892, l-iskwadra riformata saret taħt l-isem ta' Liverpool Association Football Club, u wara Liverpool Football Club.

It-tim ta' Liverpool matul l-ewwel staġun, 1892–1893

L-ewwel president tal-klabb kien John McKenna u l-ewwel att bħala kowċ kien l-akkwist ta' tlettax-il plejer professjonista mill-Iskozja. Liverpool ma daħlux mill-ewwel fil-Football League; dan sar fis-sena ta' wara, u fl-istaġun 1893–94 huma daħlu fit-Tieni Diviżjoni.[1] Fl-aħħar ta' staġun mingħajr telfa,[3] l-iskwadra rebħet il-kampjonat u kienet promossa għall-Ewwel Diviżjoni. Fl-1901 wasal il-mument tal-ewwel minn tmintax-il titlu ta' ċampjin tal-Ingilterra. L-1914 kienet is-sena tal-ewwel finali tat-Tazza Ingliża, li tilfuha 1–0 kontra Burnley.[4]

Wara l-gwerra

It-titlu mirbuħ fl-1947, jidher li kien ta dawl ġdid lill-klabb, imma dan iż-żmien tajjeb ma tantx dam. Serje ta' fallimenti fil-kampjonat ġabu lil Liverpool aktar l-isfel, sakemm fl-1954 sfaw relegati fit-Tieni Diviżjoni wara 61 sena fis-serje massima. Huma damu sebgħa snin fit-Tieni Diviżjoni u dan kien fost l-iktar mument iswed fl-istorja tal-klabb, bit-tim barra mill-aqwa diviżjoni għal numru ta' snin u b'telfa kbira ta' 9–1 kontra Birmingham City f'Diċembru 1954, kif ukoll l-eliminazzjoni fil-kwarti tal-finali tat-Tazza Ingliża 1957 minn Southend United. L-unika konsolazzjoni kienet ir-rebħa ta' 4–0 kontra ċ-ċittadini rivali Everton matul it-Tazza Ingliża 1954–55.

L-era ta' Shankly

Id-daħla ta' Anfield intitulat għal Bill Shankly

Fl-1959 l-Iskoċċiż Billa Shankly kien imsemmi biex jieħu f'idejh Liverpool, fejn l-iskwadra kienet għadha ġejja minn żmien ħażin. Bħal ma ġara qabel, Shankly biex jibda' beda b'ġenerazzjoni ta' żgħażagħ Skoċċiżi.[5] Wieħed mill-aktar famużi kien ċertament Ian St. John, fejn sar mal-ewwel l-favorit tal-pubblika ta' Anfield wara li skorja tripletta kontra Everton fid-debutt bil-flokk aħmar, minkejja t-telfa ta' 4–3 ta' Liverpool. Fi tliet staġuni, Shankly irnexxielu jġib lil Liverpool fl-Ewwel Diviżjoni u bena l-bażi tas-suċċessi futuri: fl-1963–64 wasal is-sitt titlu ta' ċampjins tal-Ingilterra, l-ewwel fi sbatax-il sena, u s-sena ta' wara Liverpool waslu sas-semi-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins.

Fl-1965 kienet is-sena tal-konkwista tal-ewwel Tazza Ingliża, wara li rebħu f'Wembley lil Leeds United 2–1. L-istaġun ta' wara (1966) wasal is-seba' titlu Ingliż, fejn finalment reġgħu poġġew lil Liverpool bħala fost l-aqwa tal-pajjiż, u t-tielet Charity Shield konsekuttiva. Kienu ħmistax, is-snin ta' Bill Shankly taħt il-gwida ta' Liverpool: qabel ma rtira (1974) ħalla lill-klabb fid-dominju kontinentali. Shankly reġa' kabbar is-sens ta' kburija fost il-benjamini ta' Anfield.

Il-konkwista tal-Ewropa

Il-post ta' Shankly bħala kowċ kien il-viċi tiegħu Bob Paisley, li kien l-assistent ta' Shankly matul il-ħmistax-il sena ta' gwida tal-iskwadra.[6] Paisley jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-kowċis b'suċċessi fl-istorja tal-futbol. Paisley kellu skwadra formata u li jagħtu ċerta sigurtà, bħall-gowler Clemence, id-difensuri Neal u Alan Kennedy, il-midfielders Case, Hughes u McDermott, l-attakkanti Ray Kennedy, Toshack, u fuq kollox il-klassi ta' Kevin Keegan, wieħed mill-aqwa talenti tal-futbol Ingliż.

Wara li kisbu t-titlu nazzjonali u t-Tazza UEFA (it-tieni f'erba' snin) fl-1976, il-Liverpool waslu f'Ruma għall-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra il-Borussia Mönchengladbach, li kienet diġà megħluba fit-Tazza UEFA fl-1972. Ir-"Reds" rebħu 3–1 u ġew onorati bħala ċampjins tal-Ewropa għall-ewwel darba, suċċess li rreplikkaw fis-sena ta' wara fil-finali f'Wembley kontra l-Belġjani ta' Clube Brugge.

Keegan, wara dawn is-suċċessi, telaq lil Liverpool fl-1977 biex mar jilgħab fil-Ġermanja ma' Hamburger, u l-post tiegħu kien meħud minn Kenny Dalgish u l-iskwadra kompliet bis-suċċessi: sal-1983, is-sena tal-irtirar, Paisley rebaħ għal darb'oħra t-Tazza taċ-Ċampjins (f'Pariġi fl-1981 kontra Real Madrid), tliet titli nazzjonali, tliet League Cups konsekuttivi u Super Cup Ewropeja. Paisley ħalla lil Liverpool bħala l-aqwa klabb fl-Ingilterra u fl-Ewropa.

Il-wasla ta' Joe Fagan

Anki ma' Fagan, il-Liverpool baqgħu jirbħu: fl-1984 wasal il-ħmistax-il titlu nazzjonali, u fuq kollox, ir-raba' Tazza taċ-Ċampjins, li ntrebħet għal darb'oħra fi Stadio Olimpico ta' Ruma, din id-darba kontra l-iskwadra li kienet qed tilgħab ġewwa darha, ir-Roma: wara li Ray Clemence telaq, Liverpool fdaw il-fiduċja tagħhom f'gowler Afrikan, iż-Żimbabwjan Bruce Grobbelaar. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kienet deċiża bl-għoti tal-penalties (wara li l-partita spiċċat 1–1 wara l-ħin normali, b'gowls ta' Neal u Pruzzo), u f'dak il-mument kien determinanti l'atteġġjament tad-daħk ta' Grobbelaar, li nduna li Conti u Grazziani se jiżbaljaw u b'hekk Liverpool rebħu dan it-titlu Ewropew biex xejjru din it-tazza fl-Ingilterra għar-raba' darba fi tmien staġuni.

Sfortunatament għal Liverpool, is-suċċessi fil-kamp internazzjonali kienu jikkorrispondu ma problemi tal-benjamini kemm fl-Ingilterra u anki madwar l-Ewropa. Proprju l-esperjenza ta' Brussell kienet tagħti suġġeriment lill-UEFA biex ma tilgħabx finali Ewropeja fi grawnd qadim u insigur bħal dak ta' Heysel, imma minkejja l-avviżi l-finali saret fil-belt Belġjana. Fit-Tazza taċ-Ċampjins 1984–85, il-Liverpool laħqu għal darb'oħra l-finali kontra t-tim Taljan ta' Juventus. L-inċidenti li ġraw qabel il-logħba ġabu l-mewt ta' 39 persuna, fosthom benjamini Taljani, Franċiżi, Belġjani u Irlandiżi.[7] B'konsegwenza t'hekk, it-timijiet Ingliżi ġew sospiżi għal ħames snin mill-kompetizzjonijiet Ewropej, fejn għal Liverpool din is-sospiża kienet ta' sitt staġuni. Paisley irtira wara din il-logħba u għall-kronaka din il-logħba spiċċat b'telfa ta' 1–0 għat-tim Ingliż b'gowl skurjat minn Platini permezz ta' penalty.

F'dak il-mument diffiċli, Kenny Dalglish ħa l-inkarigu ta' plejer-kowċ:[8] minkejja li l-iskwadra kienet barra mill-Ewropa, fil-kamp nazzjonali kienet għadha l-aqwa, u rebħet tliet kampjonati, fl-1986, fl-1988 u fl-1990 (sa issal-aħħar wieħed mirbuħ). Is-suċċessi domestiċi, però waqfu wara diżastru ieħor, din id-darba f'Hillsborough Stadium, f'Sheffield, fejn b'kawża ta' żbalji fl-organizazzjoni u loġistiċi, 96 persuna sfaw maqtula.[9]

Biex jiggwida l-klabb, wara Dalglish, żewġ glorji oħra tar-"Reds": l-ewwel Ronnie Moran u wara Graeme Souness, li t-tnejn kienu ċampjins tal-Ewropa f'Ruma fl-1984. Fl-ewwel daħla fl-Ewropa waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA 1991–92 kontra l-Genoa. It-Tazza Ingliża fl-1992 u r-rebħ tal-League Cup fl-1995 reġgħu poġġew fuq saqajn lil Liverpool. Taħt il-gwida ta' Roy Evans (19911998) u wara ta' Gérard Houllier (mill-1998), reġa' poġġa lill-klabb fir-ribalta.

Millenju l-ġdid

Il-fatt li l-gwida tal-klabb marret f'idejn kowċ Franċiż ġabet xi ftit ta' xettiċiżmu. Gérard Houllier, li kien iddikjara li Liverpool kien it-tim favorit tiegħu meta kien żgħir, kellu l-kapaċità li jadatta l-plejers tiegħu għall-istil tekniku tiegħu, u b'hekk kellu suċċess mill-ewwel. Ingaġġat għall-ewwel biex jkun ma' Roy Evans bħala kowċ tar-"Reds", il-kowċ Ingliż ma ttollerax ħafna li jkun hemm tmexxija teknika doppja u fl-1999 Evans ħalla lil Houllier waħda biex jiggwida l-iskwadra.

L-isplużjoni ta' Houllier kienet fl-istaġun 2000–01: spiċċa t-tielet fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League u b'hekk Liverpool ġew diretti għat-Tazza UEFA. L-iskwadra bdiet mixja bil-mod imma waħda sigura għall-finali, fejn fost il-vittmi kien hemm Roma, megħluba 2–0 ġewwa darhom b'doppjetta tat-talent Michael Owen, u Barcelona. Il-finali kontra l-Deportivo Alavés intrebħet 5–4 bil-golden goal u, f'Settembru tal-istess sena, waslet ukoll is-Super Cup Ewropeja kontra ċ-ċampjins kontinentali tal-Bayern Munich, li għalqet it-tripletta staġonali li parti minnha kien hemm ukoll il-League Cup.

Is-sena ta' wara Liverpool spiċċaw it-tieni fil-Premier League, fi tmiem ta' staġun iebes fejn ra lil Houllier operat f'qalbu wara attakk tal-qalb waqt il-logħba kontra Leeds United. L-iskwadra, taħt il-viċi tiegħu Phil Thompson, ma laħaqx l-aspettattivi. Fl-2003 waslet titlu tal-League Cup ieħor imma fl-2004, wara perjodu ta' turbolenza u l-ebda ftehim mal-benjamini, Houllier u Liverpool iddeċidew li jisseparaw.[10]

Gwida Spanjola

Rafael Benítez wasal minn Valencia biex ħa post Gérard Houllier, fejn l-Ispanjol kien għadu kemm rebaħ La Liga għat-tieni darba u t-Tazza UEFA. Liverpool spiċċaw fil-ħames post fil-kampjonat. L-istaġun però kellu tmiem sorpriż hekk kif Liverpool rebħu l-ħames Champions League ġewwa Istanbul. Wara li eliminaw lill-favoriti Juventus fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lir-rivali tagħhom Chelsea fis-semi-finali, b'gowl kontroversjali skurjat minn Luis Garcia. Ħafna ripetizzjonijiet tal-gowl ma ġabux konklużjoni jekk il-ballun qabiżx il-linja jew le. Liverpool iltaqgħu kontra l-favoriti Italja AC Milan fil-finali. Liverpool, marru minn taħt 3–0 sal-ewwel taqsima, imma fit-tieni taqsima għamlu rimonta kbira fejn irnexxielhom jiskorjaw tliet gowls biex il-partita spiċċat fil-ħin miżjud. Liverpool ħarġu rebbieħa fil-penalties grazzi għall-gowler Jerzy Dudek.

L-Ispanjol Xabi Alonso, fost l-eroj tal-finali ta' Istanbul

Ir-rebħ taċ-Champions League assigura li Steven Gerrard kien se jibqa' ma' Liverpool, wara li kien hemm għajdut li kien se jingħaqad ma' Chelsea jew Real Madrid.

Alavolja kienu ċ-ċampjins preżenti, Liverpool kienu qed jirriskjaw li ma jiddefendux t-titlu tagħhom. Il-UEFA kienet tħalli l-massimu ta' erba' timijiet li jgħaddu għaċ-Champions League mill-Ingilterra. Fl-2004–05, ħames timijiet Ingliżi kkwalifikaw għall-kompetizzjoniji skont il-gwida tal-UEFA: Chelsea, Arsenal, Manchester United u Everton, li spiċċaw fl-ewwel erba' postijiet tal-Premier League, u Liverpool li kienu rebħu l-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni waqgħet fuq il-Football Association. L-FA għażlet li teskludi lil Liverpool. Dan il-każ kien solvut mill-UEFA hekk kif din poġġiet lil Liverpool għall-ewwel rawnds tal-kwalfikazzjonijiet tal-edizzjoni 2005–06. Il-UEFA ikkrejat post awtomatiku għar-rebbieħ preċedenti taċ-Champions League u t-Tazza UEFA.

Wara li għaddew mill-fażi tal-kwalifikazzjoni u anki mill-fażi tal-gruppi, id-difiża tat-titlu ta' Liverpool spiċċat meta f'Marzu 2006, huma spiċċaw barra meta tilfu bl-iskor ta' 3–0 kontra t-tim Portugiż ta' SL Benfica.

Bħala rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-2005, Liverpool lagħbu kontra CSKA Moscow fis-Super Cup Ewropeja u rebħu 3–1 wara l-ħin miżjud. Bħala ċampjins tal-Ewropa huma kellhom id-dritt li jipparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja għall-Klabbs li saret fil-Ġappun. Liverpool iltaqgħu fil-finali kontra São Paulo u tilfu b'gowl ta' Mineiro. Fil-partita tliet gowls minn Liverpool kienu mħassra.

Wara li bdew l-FA Cup b'rebħa ta' 5–3 fuq Luton Town, it-tim ta' Benitez rebaħ lir-rivali enterni Manchester United 1–0 f'Anfield fit-18 ta' Frar 2006 b'gowl li wasal fit-85 minuta.[11] Din kienet l-ewwel rebħa fuq l-United f'din il-kompetizzjoni mill-1921. Fil-kwarti tal-finali, huma għelbu lil Birmingham City bi skor konvinċenti ta' 7–0. Dan ir-riżultat kien l-akbar riżultat barra minn darhom li Liverpool qatt ġabu fl-FA Cup.

Fit-22 ta' April 2006, Liverpool rebħu lil Chelsea 2–1 fis-semi-finali, b'gowls ta' John Arne Riise u Luis Garcia. Fil-finali huma rebħu lil West Ham United bil-penalties. Il-ħin normali spiċċa bl-iskor ta' 3-3 bi Steven Gerrard jiskorja gowl inkredibbli fil-91 minuta biex ġab l-iskor indaqs. Fl-għoti tal-penalties huma rebħu 3–1 biex b'hekk rebħu is-seba' titlu ta' din il-kompetizzjoni.

Fl-2005–06 Liverpool kisbu 82 punt fil-Premership [12] – l-akbar total ta' punti minn l-1988 u l-akbar numru ta' punti li tim li spiċċa fit-tielet post qatt kiseb. L-istaġun ta' wara bdiet b'rebħa ta' 2–1 kontra Chelsea FC fil-Community Shield.

Minkejja li kienu eliminati mill-FA Cup u mil-League Cup minn Arsenal, Benitez iggwida lil Liverpool fil-finali taċ-Champions League wara li rebħu 4-1 bil-penalties lil Chelsea wara li spiċċaw pari ta' 1–1. Għal darb'oħra Pepe Reina salva lil Liverpool u tahom il-kwalifikazzjoni għall-finali li kienet se tintlagħab f'Ateni, fil-Greċja. Huma reġgħu ltaqgħu ma' Milan fejn minkejja li ddominaw l-ewwel taqsima, huma sofrew żewġ gowls ta' Filippo Inzaghi li ġew, wieħed f'kull taqsima. Dirk Kuyt naqqas id-distakk fl-aħħar minuta biex l-iskor spiċċa 2–1.

Proprjetarji ġodda

Fis-6 ta' Frar 2007, l-industrijalisti tat-telekomunikazzjoni mill-Istati Uniti George Gillett (proprjetarju tat-tim tal-hockey fuq is-silġ Montreal Canadiens) u Tom Hicks (proprjetarju tat-tim tal-baseball Texas Rangers), akkwistaw il-maġġoranza tal-klabb b'investiment kumplessiv ta' 470 miljun sterlina (720 miljun ewro).[13] Fl-offerta kienu ukoll 215-il miljun sterlina għall-grawnd il-ġdid, li se jinbena fi Stanley Park. Il-proprjetarji l-ġodda ddikjaraw, fil-konferenza stampa tal-preżentazzjoni, li l-istadju jista' jkun imsemmi għal xi sponsor, jekk dan ikun utli biex jaqilgħu l-flus neċessarji biex f'Liverpool iġibu plejer b'valur kull staġun.[14][15]. Wara li biegħ il-kwoti tiegħu ta' propjetà, David Moores m'għadux il-president tal-klabb, fejn postu ħaduh iż-żewġ azzjonisti Statunitensi.

Fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf, Liverpool għamlu l-akkwist, fost l-oħrajn, tal-Ispanjol Fernando Torres mill-Atlético Madrid għal €36 miljun, u l-Olandiż tal-Ajax Ryan Babel għal €17-il miljun.

Fil-UEFA Champions League 2007–08, Liverpool irnexxielhom, minkejja bidu negattiv, jgħaddu mill-fażi tal-gruppi fejn kisbu t-tieni post wara Porto, u qabel Marseille u Beşiktaş. Minkejja li rebħu fir-rawnds ta' wara lill-Inter u Arsenal, huma reġgħu sabu quddiemhom lil Chelsea imma din id-darba t-tim ta' Londra rnexxielhom jirbħulhom u jikkwalifikaw għall-finali. Liverpool spiċċaw staġun ieħor mingħajr trofej.

Plejers famużi

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' plejers ta' Liverpool FC.
Elisha Scott, l-iktar plejer li serva għal Liverpool

Numru ta' plejers ta' prestiġju – kemm Brittaniċi u anki dawk li mhumiex – libsu l-flokk ta' Liverpool. Fost l-ismijiet denji ta' nota nsibu dak tal-gowler mill-Irlanda ta' Fuq Elisha Scott, li hu l-plejer bl-aktar numru ta' staġuni mat-tim, fejn kien bejn il-lasti għal 22 staġun konsekuttiv mill-1912 sal-1934; l-Iskoċċiż Ron Yeats, difensur ċentrali li wasal fi żmien Bill Shankly biex jerġa' jibni d-difiża tal-iskwadra fil-bidu tas-snin sebgħin; l-Ingliż Roger Hunt, li mat-tim nazzjonali kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1966. Fis-snin sebgħin u tmenin kontribut kbir wasal mill-plejer Galliku John Toshack, mill-Iskoċċiż Alan Hansen, rebbieħ ta' tliet Tazez taċ-Champions u l-qalb tat-tim kollu flimkien ma' Dalgish u McDermott, u mill-attakkant Ian Rush. Hu probabbli li l-aktar plejer maħbub mill-benjamini tal-Kop hu Ian Callaghan, idolu għall-klabb hekk kif hu kien twieled f'Liverpool stess, u serva għall-klabb mill-1960 sal-1978 fejn irnexxielu jagħmel 640 preżenza fil-kampjonat mar-"Reds" (b'total kumplessiv ta' 857 preżenzi fil-kompetizzjonijiet kollha), rekord li għadu mhux megħlub.

Fi snin aktar riċenti, kien hemm numru ta' plejers li bdew il-karriera ma' Liverpool, biex wara marru jilagħbu ma' klabbs oħra. Fost dawn insibu lil Steve McManaman (attwalment irtira mil-logħba tal-futbol wara li lagħab ukoll ma' Real Madrid, Robbie Fowler (ittrasferixxa għal Leeds u Manchester City biex wara reġa' ngħaqad mar-"Reds") u Michael Owen (li wkoll ittrasferixxa ma' Real Madrid u attwalment jinsab ma' Newcastle United). Attwalment, il-plejer li jirrapreżenta l-aktar it-tim hu bla dubju ta' xejn il-kaptan Steven Gerrard, nazzjonali Ingliż, li twieled u trabba f'Liverpool u li minn dejjem kien parti mill-klabb.

Kuluri tal-klabb u l-emblema

Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Il-kuluri oriġinali ta' Liverpool ta' darhom (1892–1894)

Il-kuluri tradizzjonali ta' Liverpool huma l-aħmar u l-abjad, bil-flokk ta' darhom li mis-snin sittin baqa' bl-istess kulur aħmar. Fis-snin tal-bidu, meta l-klabb ħa Anfield minn Everton, huma kienu jużaw il-kuluri blu u abjad tat-"Toffees", fejn kienu jilbsu uniformi identika bħal dik tat-tim ta' Everton fl-istess żmien. Sal-1894, Liverpool adottaw il-kulur aħmar, u fl-1901 adottaw ukoll lill-għasfur mitoloġiku Liver Bird, bħala l-emblemma tal-klabb.[16] Għas-sittin sena ta' wara, l-uniformi ta' Liverpool kienet flokk aħmar u xorts abjad, bil-kulur tal-kalzetti li alternaw mas-snin minn ħomor, għal suwed, għal bojod u għal darb'oħra għal dawk ħomor.

Fl-1964, il-kowċ ta' dak iż-żmien Bill Shankly, iddeċieda li jilgħab lit-tim għall-ewwel darba b'uniformi kollha ħamra, għall-partita kontra Anderlecht.

Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
It-tielet uniformi ta' Liverpool għall-2007–08.

Il-kuluri ta' Liverpool meta jkunu barra minn darhom huma tradizzjonali jew flokk abjad u xorts iswed jew kollox isfar. Madanakollu, fl-1987 kienet introdotta uniformi kollha griża. Din baqgħet sal-istaġun taċ-ċentinarju 1991–92, meta postha ħaditha kumbinazzjoni ta' flokk aħdar u xorts abjad. Wara diversi kumbinazzjonijiet ta' kuluri fis-snin disgħin, fosthom kulur id-deheb, isfar ċar, iswed u griż, u ekrù, il-klabb iddeċċiedda fil-millenju l-ġdid f'mudell li jalterna l-isfar mal-abjad kull sena.[17]

Iż-żewġ Liver Bird fuq il-muniċipju ta' Liverpool

L-uniformi kurrenti hi ddisinjati mill-adidas,[18] li għamlet ukoll l-uniformi tat-tim bejn l-1985 u l-1996. Il-flokkijiet l-oħra li huma milbusa mill-klabb u li huma sponsorjati kienu magħmula minn Umbro sal-1985, u Reebok għal għaxar staġuni mill-1996.[19] L-uniformi kurrenti meta jkunu barra minn darhom hi flokk abjad, xorts iswe u kalzetti bojod. Hemm ukoll it-tielet uniformi li hi kollha sewda, iddisinjata primarjament għal-logħob barra minn darhom fiċ-Champions League, imma hi wżata wkoll fil-logħob domestiku meta tim ikollu wkoll l-istess kuluri ħomor u bojod.

Liverpool kienu l-ewwel klabb professjonista Brittaniku li libes logo tal-isponsor fuq il-flokkijiet tagħhom.[20] Minn dakinhar sa issa, il-klabb kellu relattivament ftit varjazzjoni f'negozjati ta' sponsorizzazzjoni.

L-emblema kurrenti ta' Liverpool hi bbażata madwar il-Liver Bird tradizzjonali, li hu pożizzjonat f'tarka. Fuq it-tarka hi rappreżentazzjoni tad-daħla għal Anfield dedikata lil Bill Shankly u miktub fiha hemm "You'll Never Walk Alone" (Qatt ma timxu waħedkhom), li hu anki t-titlu tal-innu uffiċjali. Iż-żewġ fjammi fuq kull naħa huma bħala tifkira għall-vittmi fid-diżastru ta' Hillsborough.[21]

Grawnd

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Anfield.
It-tribuna, magħrufa aktar bħala il-Kop, wara li ġiet ristrutturata fl-1994

Il-grawnd uffiċjali għall-partiti ta' Liverpool ġewwa darhom huwa Anfield, wieħed mill-grawnds l-aktar rispettati u mħarsa fid-dinja hekk kif dan għandu tradizzjoni sportiva kbira mibnija matul snin ta' rebħiet f'diversi kompetizzjonijiet maġġuri kontinentali. Dan jinsab fit-triq li ġġib l-istess isem (Anfield Road) u ilu bħal l-grawnd tat-tim mill-1892. Matul iż-żmien ġie ristrutturat diversi drabi.

Staff tekniku

Sal-1 ta' Frar 2011.[22]
Isem Rwol
Skozja Kenny Dalglish Kowċ
Wales Colin Pascoe Assistent Kowċ
Ingilterra Mike Marsh Kowċ tal-Ewwel Tim
Netherlands John Achterberg Kowċ tal-Gowlkipers
Ingilterra John McMahon Kowċ tar-Riservi
Ingilterra Zaf Iqbal Tabib tal-Klabb

Kowċis

Unuri

Kompetizzjonijiet domestiċi

1900–01, 1905–06, 1921–22, 1922–23, 1946–47, 1963–64, 1965–66, 1972–73, 1975–76, 1976–77, 1978–79, 1979–80, 1981–82, 1982–83, 1983–84, 1985–86, 1987–88, 1989–90
1893–94, 1895–96, 1904–05, 1961–62
1892–93
1965, 1974, 1986, 1989, 1992, 2001, 2006
1981, 1982, 1983, 1984, 1995, 2001, 2003, 2012
1964, 1965, 1966, 1974, 1976, 1977, 1979, 1980, 1982, 1986, 1988, 1989, 1990, 2001, 2006
1986

Kompetizzjonijiet internazzjonali

1977, 1978, 1981, 1984, 2005
1973, 1976, 2001
1977, 2001, 2005

Biblijografija

  • Graham, Matthew. Liverpool. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1985. ISBN 0-600-50254-6.
  • Liversedge, Stan. Liverpool:The Official Centenary History. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1991. ISBN 0-600-57308-7.
  • Ponting, Ivan. Liverpool In Europe. Guinness Publishing. 1992. ISBN 0-85112-569-7.
  • Ponting, Ivan. Liverpool Player by Player. Hamlyn Publishing Group Ltd. 1998. ISBN 0-600-59493-9.

Referenzi

  1. ^ a b . Berg. ISBN 1-85973-303-4. Parametru mhux magħruf |chapter= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |editor= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |location= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "LFC Story" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ lfchistory.net (ed.). "2nd Division League table for the 1893-1894 season" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-02. Miġbur 2008-06-19. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ lfchistory.net (ed.). "Liverpool in the FA Cup - Season by Season" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-18. Miġbur 2008-06-19. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ . Mainstream. ISBN 1-84018-493-0. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |location= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  6. ^ . HarperCollins. ISBN 0-00-218907-0. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |location= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)pġ 86
  7. ^ BBC News (ed.). "On This Day - 1985: Fans die in Heysel rioting" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  8. ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "Profile of Kenny Dalglish" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  9. ^ BBC News (ed.). "On This Day - 15th April 1989: Soccer fans crushed at Hillsborough" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  10. ^ Phil McNulty (24-05-2004). BBC (ed.). "Houllier to leave Liverpool" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ Liverpool dump United out of FA Cup (Ingliż), www.rte.ie
  12. ^ Statistika ta' Liverpool FC (Ingliż), stats.football365.com
  13. ^ Shareholders accepted American takeover bid, (Ingliż)
  14. ^ US pair agree Liverpool takeover (Ingliż), BBC
  15. ^ US business duo at Liverpool helm (Ingliż), BBC
  16. ^ Sit uffiċjali ta' Liverpool FC (ed.). "LFC Story" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  17. ^ liverweb.org.uk (ed.). "Club Colours - Away kit pictures" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-25. Miġbur 2008-06-19. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  18. ^ adidas.com (ed.). "Back on home turf, as adidas returns to Liverpool" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  19. ^ "History of Liverpool's kits" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  20. ^ guardian.co.uk (ed.). "The Knowledge - Has a streaker ever scored?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  21. ^ "Hillsborough" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  22. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem Skwadra u Staff.
  23. ^ It-trofew kien magħruf bħala Charity Shield sal-2002, u wara beda jissejjaħ Community Shield sa issa.
  24. ^ Introdotta wara li timijiet Ingliżi kienu sospiżi milli jilgħabu fil-kompetizzjonijiet Ewropej
  25. ^ Sal-1992, l-ikbar kompetizzjoni Ewropeja għall-klabbs kienet tissejjaħ Tazza taċ-Ċampjins; minn dakinhar 'l hawn, saret tissejjaħ UEFA Champions League.

Ħoloq esterni

Strategi Solo vs Squad di Free Fire: Cara Menang Mudah!