Sapir twieled f'Lauenburg, il-Prussja, fis-26 ta' Jannar 1884. Fl-1904 iggradwa mill-Università ta' Columbia, fi New York, bi grad fil-lingwi Ġermaniċi, iżda l-interessi lingwistiċi tiegħu kienu jħaddnu skopijiet ħafna usa'. Fis-sentejn li segwew għamel studji diretti fuq il-lingwi Wishram u Takelma tal-Amerikani Nattivi. Waqt li kien f'Columbia iltaqa' mal-antropologu Franz Boas, li probabbilment kienet il-persuna li l-aktar tagħtu spinta biex jistudja il-lingwi Amerikani.
Sapir ippropona ħarsa ġdida lejn il-lingwa fl-1921 billi sostna li l-lingwa tinfluwenza l-mod kif jaħsbu in-nies. L-idea ta' Sapir ġiet adottata fl-erbgħinijiet minn Whorf u eventwalment saret tissejjaħ l-ipoteżi ta' Sapir-Whorf.
Fl-artiklu The Psychological Reality of the Phoneme (Ir-realtà psikoloġika tal-Fonema) li ppubblika fl-1949 kien l-ewwel li sostna b'mod ċar ħafna li l-fonema, kategorija astratta ġenerali tal-ħoss, hija psikoloġikament reali u tikkategoriżża l-mod kif nagħrfu.
Fost il-lingwi Amerikani l-ispeċjalitajet tiegħu kienu il-lingwi Athabaskan. Fost il-lingwi u kulturi oħra li studja Sapir ngħoddu il-WishramChinook, Navajo, Nootka, Paiute, Takelma, u Yana. Għalkemm magħruf għal xogħol tiegħu fil-lingwistika Amerikana, kien produttiv ħafna f'materji tal-lingwistika ġenerali, kif naraw fil-ktieb tiegħu Language, li jipprovdi kollox, minn klassifikazzjoni tipoloġika grammatikali ta' lingwi li jkopru miċ-Ċiniż san-Nootka, sa spekulazzjonijiet fuq il-fenomenu tat-tibdil fil-lingwa (drift) u l-arbitrarjetà tal-assoċjazzjonijiet bejn il-lingwa, r-razza u l-kultura.
Sapir miet fl-4 ta' Frar 1939 b'problemi tal-qalb.
Kotba
Wishram Texts (1909)
Language: An introduction to the study of speech (1921) (sors)
Nootka Texts (1939)
Esejs u artikli
The Function of an International Auxiliary Language (ħolqa)
The problem of noun incorporation in American languages. Am. Anthropol. 13:250-82. (1911)
Time Perspective in Aboriginal American Culture: A Study in Method. Canada Department of Mines, Geological Survey, Memoir 90. Anthropological Series, No. 13. (1916)
Biblijografija
Koerner, E. F. K.; Koerner, Konrad (1985). Edward Sapir: Appraisals of his life and work (bl-Ingliż). Amsterdam: John Benjamins. ISBN978-90-272-4518-2.
Sapir, Edward; Darnell, Regna; Irvine, Judith T.; Handler, Richard (1999). The collected works of Edward Sapir: culture (bl-Ingliż). Berlin: Walter de Gruyter. ISBN978-3-11-012639-6.