Catherine, Dukessa ta' Cambridge (imwielda bħala Catherine Elizabeth "Kate" Middleton; twieldet fid-9 ta' Jannar 1982) hija l-mara tal-Prinċep William ta' Wales. Irċiviet it-titlu ta' Dukessa ta' Cambridge, Kontessa ta' Strathearn u Barunessa ta' Carrickfergus mir-Reġina Eliżabetta II f'jum it-tieġ tad-29 ta' April 2011.
Bijografija
Tfulija u żgħożija
Catherine Elizabeth Middleton twieldet fl-Isptar Rjali ta' Berkshire ġewwa Reading, fir-Renju Unit, nhar id-9 ta' Jannar 1982. Hi hi l-ikbar fost tliet aħwa imwielda lil Carole Elizabeth (née Goldsmith) u ta' Michael Francis Middleton,[1] eks-impjegati tal-British Airways, li żżewġu fil-21 ta' Ġunju 1980 fil-Knisja Parrokkjali ta' Dorney, f'Buckinghamshire. Iż-żewġ aħwa ta' Catherine huma, oħtha Philippa Charlotte, magħrufa wkoll bħala "Pippa" (t. 1983), u ħuha James William (t. 1987).[1]
Il-familja paterna ta' Catherine ġejja minn Leeds, West Yorkshire, u l-bużnanna tagħha Olivia kienet membru tal-familja Lupton, li għal ġenerazzjonijiet kienu attivi fix-xogħol kummerċjali u muniċipali.[2] Il-familja min-naħa ta' ommha, il-Harrisons, kienu familja ta' ħaddiema u ta' minaturi minn Sunderland u mill-Kontea ta' Durham.[3]
Catherine iffrekwentat l-iskola St. Andrew's School f'Pangbourne, ġewwa Berkshire. Kompliet l-istudji tagħha ġewwa l-Marlborough College,[4] fejn aktar tard attendiet l-Universià ta' Saint Andrews ġewwa Fife, l-Iskozja, fejn hemmhekk iltaqgħet ma' William, sieħeb tagħha fil-kors.
Relazzjoni mal-Prinċep William
L-istat tagħha bħala l-għarusa tal-prinċep William ta' Wales ġab interess qawwi min-naħa tal-istampa Brittanika u dik internazzjonali, u spiss kienet tkun fotografata waqt l-ħajja ta' kuljum tagħha. Fis-17 ta' Ottubru 2005, l-avukati tagħha urew l-iskumdità li Catherine kienet qed tħoss minħabba l-fastidju kontinwu mill-medja, fejn stqarret li m'għamlet xejn importanti li kien jisħoqilha din in-notorjetà kollha.[5] Fi Frar tal-2006 ġie imħabbar li Kate kienet se tingħata gwardja tas-sigurtà mid-Dipartment tal-Protezzjoni Rjali u Diplomatiku. Dan wassal għal aktar xniegħat li hi u William kienu se jitgħarsu, minħabba li kieku ma kinitx tingħata dan is-servizz.
F'Jannar tal-2007 l-attenzjoni tal-medja reġgħet daret fuq Catherine, fl-okkażjoni ta' għeluq il-ħamsa u għoxrin sena tagħha, li wassal għal twissijiet kemm min-naħa tal-Prinċep Karlu kemm tal-istess William u tal-avukati tal-familja Middleton. Ir-riżultat kien li News International, li tippubblika l-gazzetti The Times u The Sun, u l-Guardian Media Group, proprjetarja tal-gazzetta The Guardian, iddeċidew li jieqfu milli jippubblikaw ritratti tal-paparazzi.[6]
Nhar il-15 ta' Diċembru 2006, Kate ħademt sehem f'parata li fiha ħa sehem il-Prinċep William, organizzata mill-Akkademja Militari Rjali ta' Sandhurst, bħala mistiedna uffiċjali tad-Dar Rjali. F'Diċembru tal-2007 ħarġu rapporti li Catherine marret toqgħod ma' William fi Clarence House, ir-residenza tal-Prinċep ta' Wales ġewwa Londra,[7] spekulazzjonijiet li ġewwa miċħuda minn Clarence House.[8]
Fl-14 ta' April 2007, waqt btala fil-villeġġjatura Żvizzera ta' Zermatt, ir-relazzjoni bejn Kate u William intemmet.[9] L-ebda motiv uffiċjali ma ngħata wara din l-aħbar, għalkemm ġie ipotizzat li l-kawża setgħet kienet minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni min-naħa tal-Prinċep, jew li kienu għadhom wisq żgħar biex jidħlu għaż-żwieġ. F'Ġunju tal-istess sena, Kate u William insistew fuq il-fatt li baqgħu biss "ħbieb kbar".[10] Madanakollu, il-familja Middleton ħadu sehem fil-kunċert għal Lady Diana ġewwa Wembley Stadium, imma Kate u William qagħdu bilqiegħda 'l bogħod minn xulxin.[11]
Sussegwentament, il-koppja dehret ħafna drabi flimkien f'diversi okkażjonijiet pubbliċi, u numru ta' sorsi tal-aħbarijiet ikkonfermaw li kienu rrikonċiljaw.[12] Fis-17 ta' Mejju 2008, Kate ħadet sehem fl-assenza tas-sieħeb tagħha fit-tieġ ta' Peter Philipps – it-tifel tal-Prinċipessa Anna u l-kuġin tal-Prinċep William – ma' Autumn Kelly. F'Ġunju tal-istess sena Kate assistiet mal-familja rjali kollha għall-investitura ta' William fl-Ordni tat-Takkalja u f'Lulju ġiet mistiedna fit-tieġ ta' Lady Rose Windsor, it-tifla tad-Duka ta' Gloucester – u kuġin tar-Reġina Eliżabetta – ma' George Gilman.
Għerusija u ż-żwieġ
Fis-16 ta' Novembru 2010, Clarence House ħabbret l-għerusija uffiċjali tal-Prinċep William ma' Catherine Middleton.[13] Il-proposta għaż-żwieġ kienet diġà waslet min-naħa ta' William f'Ottubru tal-2010, waqt vjaġġ tal-koppja fil-Kenja. Bħala ċurkett, Kate irċiviet il-ġojjell li l-Prinċep Karlu kien ta lil Lady Diana fl-istess okkażjoni: ċurkett abjad deheb ta' tmintax-il karat b'żaffir ovali ta' tnax-il karat imdawwar minn erbatax-il djamant.[14]
Minn komunikat uffiċjali mid-Dar Rjali fit-23 ta' Novembru 2010, id-data tat-tieġ ġiet iffissata għad-29 ta' April 2011 – festa ta' Santa Katerina ta' Siena, liema Kate ħadet isimha – u l-ġurnata ġiet proklamata bħala festa nazzjonali.[15] Iċ-ċerimonja żvolġiet f'Westminster Abbey. Bħala miżżewwġa ta' prinċep rjali u duka, Kate ingħatat it-titlu ta' dukessa flimkien ma' dak ta' altezza rjali. Fil-fatt, mid-29 ta' April hi saret Catherine dukessa ta' Cambridge.
Għar-rit tat-tieġ, barra l-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II, il-Prinċep t'Edinburgh, il-Prinċep Karlu u l-Prinċep Harry, kien hemm mijiet ta' personalitajiet u dinjitarji li jappartjenu għax-xena politika, tan-nobbli u tal-ispettaklu Ingliż u dak internazzjonali. Barra minn hekk, kien stmat li dan l-avveniment segwewh bejn 300 miljun u żewġ biljun persuna, waqt li 24.5 miljun ruħ mir-Renju Unit raw it-tieġ dirett.[16]