Il-baqar tal-baħar kollha il jeżistu llum għandhom metaboliżmu estremament baxx u tolleranza ta' xejn lejn l-ilma kiesaħ, biss xorta waħda huma mammiferi totalment akkwatiċi u bħal baleni u d-dniefel, f'ħajjithom ma' joħorġu qatt barra mill-ilma lanqas biex iwelldu. Minħabba dawn il-fatturi il-baqar tal-baħar jistgħu jgħixu biss f'ibħra baxxi u sħan mal-kosta, fi xmajjar u f'estwarji b'ekosistemi nodfa u b'saħħithom.
Il-lamantini (Trichechidae) u d-dugongi (Dugongidae) huma fil-periklu ta' estinzjoni. L-erba' speċi li huma kollha vulnerabli minħabba telf ta' abitat u mpatti negattivi oħra li huma relatati mal-bniedem, bħall-iżvilupp tal-kosta u żieda fil-popolazjoni.
Deskrizzjoni
Il-baqar tal-baħar għandhom ħafna adattazzjonijiet fisiċi għall-ħajja fl-ilma. L-idejn ġew modifikati b'mod biex jintużaw bħala tmun biex jgħinu fid-direzzjoni, is-saqajn tant ċkienu li baqa' biss 2 għadmiet midfuna fil-fond ġewwa l-muskoli u d-denb inbidel f'forma ta' moqdif.
Ir-ras hija waħda mill-partijiet li ġiet immodifikata l-aktar, biex dawn il-mammiferi jkunu jistgħu jieħdu in-nifs faċilment f'wiċċ l-ilma. Is-snien fil-ħalq naqsu drastikament ukoll u l-ftit li baqa' ġew addattati għal veġetazjoni ratba. Is-sider fil-mara qiegħed pożizjonat taħt l-idejn u għandhom par wieħed biss. Id-differenza bejn il-familjaTrichechidae u l-familjaDugongidae hija fil-forma tad-denb u tar-ras. Għalkemm jidhru ħoxnin, il-baqar tal-baħar huma fusiformi w idrodinamiċi.
Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93